Laqgħat tas-Servizz għal Jannar
Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Jekk il-ħinijiet tal-laqgħat inbidlu mill-1 taʼ Jannar, fakkar lil kulħadd biex juża l-volantini li juru l-iskeda l-ġdida.
15 min: “Uża Tajjeb Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Iġbed l-attenzjoni lejn xi karatteristiċi interessanti, u spjega kif nistgħu nippreżentaw dan il-ktieb lil ħaddieħor. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex joffri Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja fis-servizz taʼ l-għalqa u meta jkunu qed jagħtu xiehda informali matul Jannar. Inkludi turija taʼ preżentazzjoni qasira u ħafifa.
20 min: Nagħmlu Għażla Legali għal Kura tas-Saħħa Mingħajr Demm (Atti 15:28, 29). Taħdita minn anzjan ikkwalifikat, ibbażata fuq gwida taʼ mistoqsijiet u tweġibiet li tiġi mal-formola permanenti tas-Soċjetà tal-prokura dwar il-kura tas-saħħa, u l-karta intitolata “Information About the Society’s Health-Care Durable Power of Attorney (DPA) Forms” [Informazzjoni Dwar il-Formoli Permanenti tas-Soċjetà tal-Prokura Dwar il-Kura tas-Saħħa], it-tnejn bid-data taʼ Jannar 1997. Id-dokument Advance Medical Directive/Release: Wara din il-laqgħa, Xhieda mgħammdin se jingħataw dokument ġdid, u dawk li għandhom tfal taħt l-età li m’humiex mgħammdin se jirċievu Identity Card għal kull tifel jew tifla. Dawn id-dokumenti m’għandhomx jimtlew il-lejla. Għandhom jimtlew bir-reqqa d-dar imma MA JIĠUX iffirmati. L-iffirmar minnek, u mix-xhieda, u d-data tad-dokumenti kollha se jsiru wara l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni li jmiss, taħt is-superviżjoni tal-ħu li jikkonduċi l-istudju tal-ktieb. Qabel ma tiffirma, kun żgur li d-dokument imlejtu kollu. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda jridu attwalment jaraw lill-individwu jiffirma d-dokument tiegħu. Billi jaddattaw il-kliem minn dan id-dokument għaċ-ċirkustanzi u l-konvinzjonijiet tagħhom stess, pubblikaturi li m’humiex mgħammdin jistgħu jiktbu d-direttiva tagħhom stess għalihom infushom u għal uliedhom. Formola permanenti tal-prokura: Din ġiet ippreparata mis-Soċjetà u hija dokument iktar komprensiv dwar il-kura tas-saħħa li jipprovdi protezzjoni legali primarja. Bosta tobba rreaġixxew favorevolment ħafna għal dan id-dokument għaliex fih informazzjoni ddettaljata meħtieġa biex tingħata kura effettiva lil pazjenti Xhieda. Pubblikaturi li għadhom ma mlewx din il-formola u li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jakkwistaw kopja mingħand is-segretarju tal-kongregazzjoni. (M’hemmx għalfejn timtela waħda ġdida kull sena). Iżjed minn hekk, jekk formola permanenti tal-prokura, ġiet effettwata, għandek tikteb fuq il-faċċata tad-dokument Advance Medical Directive/Release, preferibbilment bil-kitba tiegħek stess: “Jien imlejt ukoll prokura dwar il-kura tas-saħħa.” L-aħwa li jikkonduċu l-istudju tal-ktieb għandhom jagħmlu lista biex jiżguraw li dawk kollha assenjati lill-grupp tagħhom jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jimlew id-dokument Advance Medical Directive/Release u l-formola permanenti tal-prokura. Għall-aqwa protezzjoni legali, għandhom jimtlew iż-żewġ dokumenti.
Għanja 61 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
20 min: “Ir-Riżoluzzjoni Tagħna—Li Nsusu wara l-Mod taʼ Ħajja taʼ Jehovah.” Taħdita. Inkludi inkuraġġiment għal kulħadd biex jattendi regolarment il-ħames laqgħat tal-kongregazzjoni taʼ kull ġimgħa.
15 min: “Stabru.” Diskussjoni bejn membri taʼ familja. Huma jirrevedu xi modi li bihom jistgħu juru iktar paċenzja fil-ministeru tagħhom. Inkludi kummenti addattati mill-Watchtower tal-15 taʼ Ġunju, 1995, paġna 12.
Għanja 135 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Jannar
5 min: Avviżi lokali.
10 min: Bżonnijiet lokali.
15 min: “Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem—Dawk li Jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni.” Taħdita minn ħu li huwa eżemplari f’li jikkonduċi l-istudju tal-ktieb, fejn jispjega d-dmirijiet tiegħu. Juri kif dan ix-xogħol jikkontribwixxi lejn il-progress u l-benesseri spiritwali tal-kongregazzjoni. Inkludi kummenti ewlenin mill-Organized to Accomplish Our Ministry, paġni 43-5, 74-6.
15 min: Taħdita minn anzjan ibbażata fuq l-artiklu “Ibqaʼ Agħmel Progress Spiritwali!” mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru 1998, paġni 28-31.
Għanja 197 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali.
15 min: “Aġġustament fil-Ħtiġijiet tas-Sigħat għall-Pijunieri.” Taħdita minn anzjan. Faħħar lill-pijunieri fil-kongregazzjoni, u inkuraġġixxi biex iktar pubblikaturi jieħdu sehem fis-servizz taʼ pijunier awżiljarju u regulari, billi żżomm f’moħħok l-attività miżjuda matul Marzu, April, u Mejju. Inkludi l-informazzjoni mill-inserts taʼ Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 1997 u taʼ Lulju 1998.
20 min: Qiegħed Int Teżamina l-Iskrittura Kuljum? Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Kull sena s-Soċjetà tipprovdi l-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura. Individwalment jew bħala grupp tal-familja, tużaha tajjeb din il-pubblikazzjoni? Spjega għala jkun taʼ benefiċċju li nikkunsidraw l-iskrittura għal kull ġurnata. Iddiskuti l-kummenti mid-daħla taʼ Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—1999, paġni 3-4. Stieden lil xi pubblikaturi jirrakkontaw dwar l-isforz speċjali li qed jagħmlu biex jikkunsidraw l-iskrittura u l-kummenti tal-ġurnata bħala individwi u bħala familji.
Għanja 225 u talba taʼ l-għeluq.