LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/99 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal April

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal April
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 5 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 12 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 19 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 26 t’April
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 4/99 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal April

Ġimgħa li Tibda 5 t’April

Għanja 55

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Ikkunsidra “Il-​Mira Tagħna għal April u Mejju.” Stieden lil dawk kollha li juru interess biex jattendu għat-​taħdita pubblika speċjali fit-​18 t’April. It-​taħdita hija intitolata “Ħbiberija Vera m’Alla u mal-​Proxxmu.”

15 min: “Ippriedka l-​Aħbar Tajba bil-​Ħerqa.” Introduċi l-​artiklu f’inqas minn minuta, u segwi b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Ikkonkludi b’inkuraġġiment ibbażat fuq l-​iSchool Guidebook, paġni 191-2, paragrafi 12-​13.

20 min: “Kif il-​Membri tal-​Familja Jikkooperaw għal Sehem Sħiħ​—Fil-​Ministeru.” Diskussjoni minn grupp taʼ familja. Ikkunsidraw xi raġunijiet għala l-​familja għandha tqis is-​servizz taʼ l-​għalqa bħala rutina regulari taʼ kull ġimgħa li kulħadd jipparteċipa fiha. Irrevedi l-​inkuraġġiment mogħti fit-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 1993, paġna 10, paragrafi 9-​12. Stieden lill-​ġenituri fl-​udjenza biex jgħidu kif huma jorganizzaw b’suċċess l-​attività tas-​servizz taʼ kull ġimgħa għall-​familja tagħhom.

Għanja 67 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 12 t’April

Għanja 112

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Irrevedi “Nistgħu Noffru l-​Ktieb Creator?”

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Nintensifikaw ix-​Xiehda hekk kif Riesaq it-​Tmiem.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Intervista lil pubblikatur jew tnejn li f’xi żmien qatt ma kienu jimmaġinaw li se jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, imma li issa qegħdin jagħmlu hekk regolarment għax saru japprezzaw il-​bżonn urġenti li jxerrdu l-​messaġġ tas-​Saltna. Skond ma jippermetti l-​ħin, inkludi xi esperjenzi qosra min-​1997 Yearbook, paġni 42-8, biex turi kif xi pubblikaturi intensifikaw l-​isforzi tagħhom biex jagħtu xiehda billi jmorru fejn hemm in-​nies.

Għanja 93 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 19 t’April

Għanja 79

5 min: Avviżi lokali.

10 min: “Għandek Ordni Speċifika tar-​Rivisti?” Taħdita, preferibbilment minn anzjan jew qaddej ministerjali li jieħu ħsieb ir-​rivisti. Għarraf lill-​kongregazzjoni kemm din tirċievi rivisti kull xahar u l-​medja tan-​numru li jiġu rrapportati li jitqassmu. M’għandniex inħallu r-​rivisti fuq l-​ixkaffa. Offri suġġerimenti li juru kif jistgħu jitqassmu kopji iktar antiki.​—Ara l-​Our Kingdom Ministry taʼ Lulju 1993, paġna 1.

30 min: “Ix-​Xogħol taʼ Pijunier​—Użu Għaqli tal-​Ħin Tagħna!” Mistoqsijiet u tweġibiet. Qabbad tliet individwi differenti jirrakkontaw l-​esperjenzi ppreżentati f’paragrafi 5-7. Ikkonkludi billi tistieden lil dawk kollha li jistgħu biex jikkunsidraw li japplikaw għas-​servizz taʼ pijunier awżiljarju jew regulari. L-​applikazzjonijiet huma disponibbli minn kwalunkwe membru tal-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni. Semmi li m’huwiex tard wisq li wieħed jimla applikazzjoni biex jagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’Mejju.

Għanja 165 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 26 t’April

Għanja 70

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal April. Ħabbar l-​ismijiet taʼ dawk li se jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’Mejju u inkuraġġixxi lil oħrajn biex japplikaw. Agħti xi suġġerimenti li huma t’għajnuna għall-​preżentazzjoni tar-​rivisti kurrenti.​—Ara Il-​Ministeru tas-​Saltna t’Ottubru 1996, paġna 8.

17 min: “X’Għandi Nagħmel?” Wara reviżjoni qasira taʼ l-​artiklu maʼ l-​udjenza, osserva lil adolexxent jitkellem mal-​ġenitur tiegħu dwar pjanijiet għall-​futur wara li jiggradwa mill-​iskola sekondarja. Huma jirrevedu flimkien Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 1998, paġna 4. Il-​ġenitur jagħti parir fi qbil maʼ l-​inkuraġġiment ipprovdut f’It-Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar, 1996, paġna 21 u taʼ l-​1 taʼ Diċembru 1996, paġni 29-​31. Issa li l-​ħtiġijiet tas-​sigħat għall-​pijunieri tnaqqsu, l-​adolexxent jikkunsidra l-​possibbiltà li jagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier waqt li jlesti l-​edukazzjoni sekulari.

18 min: Intervista lil xi Pijunieri Awżiljarji. L-​indokratur tas-​servizz jintervista lil xi pubblikaturi li qed jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju dan ix-​xahar kif ukoll lil oħrajn li għamluh fil-​passat. Stedinhom jirrakkontaw xi wħud mill-​barkiet li gawdew, dak li wettqu, u għala jħarsu ’l quddiem lejn li jerġgħu jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju għallinqas xahar jew tnejn kull sena.

Għanja 69 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja