Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
Liema benefiċċji prattiċi tirċievi int issa billi timxi maʼ Jehovah? Kif tistaʼ tirreżisti t-tentazzjoni li tħalli miri mhux teokratiċi jeliminaw l-interessi tas-Saltna mill-ewwel post f’ħajtek? (Mt. 6:33) Issibha diffiċli li tagħraf it-tajjeb mill-ħażin f’dinja li l-ħażin tagħmlu jidher tajjeb? (Lhud 5:14) Dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati fl-assemblea tas-circuit “Ibbenefika Issa Billi Timxi fit-Triqat t’Alla,” li se tibda f’Settembru 1999.—Salm 128:1.
Karatteristika ġdida fil-ġurnata tas-Sibt taʼ din l-assemblea tas-circuit se tkun il-preżentazzjoni taʼ Laqgħa tas-Servizz bħala mudell. L-indokratur tas-circuit tiegħek se jinforma lill-kongregazzjonijiet dwar dak li hu ppjanat sabiex kulħadd ikun jistaʼ jiġi preparat biex igawdi l-programm bis-sħiħ.
Il-parti intitolata “Pijunieri—Qisu Sewwa kif Iġġibu Ruħkom” se turina kif neżerċitaw l-għerf u r-raġunevolezza sabiex nixtru ż-żmien opportun għall-ministeru taʼ pijunier. (Efes. 5:15-17) Is-suġġett “Oqgħod Attent minn Modi li Jidhru biss li Huma Tajbin” se jgħallimna kif inkunu żguri x’inhu aċċettabbli għal Alla f’kull aspett tal-ħajja. It-taħdita “Kif il-Profezija Mwettqa Teffettwana” se tgħinna nimlew moħħna u qalbna b’imħabba għall-Kelma t’Alla. It-taħdita pubblika “It-Triqat t’Alla—Kemm Huma taʼ Benefiċċju!” se tenfasizza l-benefiċċji prattiċi li nirċievu issa jekk nibqgħu fi qbil mal-ħtiġijiet taʼ tjieba taʼ Jehovah.
Hija x-xewqa tiegħek li turi pubblikament bil-magħmudija taʼ l-ilma li int trid timxi fit-triqat t’Alla bħala wieħed mill-qaddejja dedikati tiegħu? Mela kellem lill-indokratur li jippresiedi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti neċessarji.
Kun determinat li ma titlifx din l-assemblea tas-circuit tant f’waqtha. Kun preżenti għall-programm kollu taʼ jumejn, għax “hieni kull min jibżaʼ mill-Mulej, kull min jimxi fit-triqat tiegħu!”—Salm 128:1.