Assemblea tas-Circuit Biex Tgħinna Nħarsu l-Ispiritwalità Tagħna
1. Liema hu provvediment wieħed minn Ġeħova li jgħinna nwettqu l-inkarigu tagħna biex inxandru l-aħbar tajba?
1 Ġeħova b’mod ġeneruż jipprovdi l-informazzjoni, it-taħriġ, u l-inkuraġġiment li neħtieġu biex nieħdu sehem fl-inkarigu divin biex inwasslu l-aħbar tajba. (Mt. 24:14; 2 Tim. 4:17) L-assemblea tas-circuit tagħna li ssir kull sena hija waħda minn dawn il-provvedimenti. Programm ġdid għas-sena tas-servizz 2010 se jiżviluppa t-tema “Ħares l-Ispiritwalità Tiegħek,” ibbażata fuq Rumani 8:5 u Ġuda 17-19. Se tibda mill-ġimgħa tal-31 t’Awwissu, 2009.
2. (a) L-assemblea tas-circuit kif se tkun taʼ benefiċċju għalina? (b) Assembleat tas-circuit tal-passat kif għenuk fil-ministeru?
2 Kif Se Nibbenefikaw: Il-programm se jgħinna noqogħdu attenti għal perikli, bħalma huma l-aljenazzjonijiet li jistgħu jaħlulna l-ħin u ma jħalluniex niffokaw fuq dak li hu verament importanti. Se nitgħallmu kif ma jkollniex attitudni permissiva, u se nikkunsidraw xi jfisser li tkun persuna spiritwali. Is-serje taʼ taħditiet tal-Ħadd se turi lill-individwi u lill-familji kif jistgħu jieħdu passi biex isaħħu l-ispiritwalità tagħhom hekk kif qed jiżdiedu l-pressjonijiet u l-provi serji tal-fidi. Il-programm se jgħinna nħarsu lil qalbna, nibqgħu f’saħħitna spiritwalment, u nżommu ċar f’moħħna l-barkiet kbar li jistennew lil dawk li jħarsu l-ispiritwalità tagħhom.
3. Meta se tkun l-assemblea tas-circuit tiegħek li jmiss, u x’għandha tkun id-determinazzjoni tiegħek?
3 Hekk kif issir taf meta u fejn se tinżamm l-assemblea tas-circuit tiegħek li jmiss, agħmel l-arranġamenti biex tkun preżenti u attent għas-sessjonijiet kollha tas-Sibt u l-Ħadd. Kun ċert li Ġeħova jbierek idejn il-ħabrieki.—Prov. 21:5.
4. X’nistgħu nkunu ċerti li se nirċievu fl-assemblea tas-circuit tagħna li jmiss?
4 Tabilħaqq, Ġeħova hu l-Wieħed li jipprovdi din l-għotja tajba. Il-programm imħejji mill-klassi tal-ilsir leali se jkun eżatt dak li għandna bżonn biex inkomplu naqdu bħala ministri Kristjani. Aħna grati lejn Ġeħova għall-provvedimenti kollha mħabba tiegħu li jgħinuna “nżommu sod l-istqarrija pubblika tat-tama tagħna mingħajr ma niddubitaw.”—Ebr. 10:23-25; Ġak. 1:17.