LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/00 p. 2
  • SKEDA GĦAL-LAQGĦAT TAS-SERVIZZ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • SKEDA GĦAL-LAQGĦAT TAS-SERVIZZ
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 2 t’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 9/00 p. 2

SKEDA GĦAL-​LAQGĦAT TAS-​SERVIZZ

Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Settembru

Għanja 139

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: “Il-​Barka taʼ Jehovah Tagħmilna Għonja.” Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.—Ara l-​Insight, it-​2 Volum, paġna 804, paragrafi 6-7.

20 min: “Uża l-​Ġrajjiet Kurrenti biex Tqajjem l-​Interess.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza u turijiet. Semmi diversi ġrajjiet kurrenti li qajmu l-​interess lokalment. Liema interess qajmu dawn dwar il-​futur? Billi tuża l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġna 4, offri xi suġġerimenti dwar kif nistgħu nippreparaw introduzzjoni li twassal għal diskussjoni tal-​Bibbja. Ħejji żewġ turijiet prattiċi u preparati sew.

Għanja 224 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Settembru

Għanja 2

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Kif Morna s-​Sena l-​Oħra? Taħdita mill-​indokratur tas-​servizz. Irrevedi l-​punti prinċipali tar-​rapport tal-​kongregazzjoni għas-​sena taʼ servizz 2000. Agħti l-​prosit għall-​affarijiet tajbin li twettqu. Iġbed l-​attenzjoni lejn l-​aspetti fejn jinħtieġ li jsir titjib. Iffoka fuq kif marret il-​kongregazzjoni fl-​attendenza għal-​laqgħat, f’li tibda u tikkonduċi studji tal-​Bibbja, u kemm kienet regulari fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Semmi xi miri prattiċi għas-​sena li ġejja.

20 min: “Il-​Ħajjiet Jinsabu fil-​Periklu!” Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Enfasizza l-​iskritturi ċitati fl-​artiklu.

Għanja 30 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Settembru

Għanja 93

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Settembru. ­Irrevedi l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija.

15 min: Bżonnijiet lokali.

15 min: Ir-Rivisti Tagħna Ma Jitilfux il-​Valur Tagħhom. X’tagħmel meta jinġemgħu ħarġiet antiki taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!? Xi pubblikaturi għandhom it-​tendenza li jwarrbuhom, billi jaħsbu li s-​suġġetti li jkun fihom ma jibqgħux japplikaw. Minflok, l-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru, 1993, paġna 3, ħeġġitna biex inġorru magħna xi ħarġiet antiki u noffruhom fejn ikun xieraq. Tistaʼ tagħżel xi artikli li japplikaw għal żmienna u li jistgħu jolqtu lil irġiel, nisa, nies professjonali, anzjani, u adolexxenti; imbagħad lesti r-​rivisti biex toffrihom meta jkollok l-​opportunità. Uri kif l-​artikli jistgħu jintgħażlu u jiġu offruti. Irrakkonta xi esperjenzi fejn il-​pubblikaturi kellhom suċċess f’li jqassmu r-​rivisti antiki.

Għanja 115 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 2 t’Ottubru

Għanja 169

15 min: Avviżi lokali. Għarraf lill-​kongregazzjoni dwar it-​tqassim speċjali ppjanat għall-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 36, li se jibda t-​Tnejn, 16 t’Ottubru, u jibqaʼ sejjer sal-​Ġimgħa, 17 taʼ Novembru. Ħeġġeġ lil kulħadd, inkluż liż-​żgħażagħ u lil uħud ġodda, biex jipprova jieħu sehem bis-​sħiħ. Dawk li jikkonduċu l-​istudju tal-​ktieb iridu jibdew minn issa jinkuraġġixxu u jorganizzaw lil dawk kollha fil-​grupp tagħhom biex jieħdu sehem biż-​żelu kemm jistaʼ jkun. Inkludi xi esperjenzi li jibnu mill-​aħħar tqassim li sar taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna.

15 min: “Għandi Mmur Noqgħod Xi Mkien Ieħor?” Taħdita minn anzjan. Spjega għala hemm bżonn li nużaw l-​għaqal meta niġu biex niddeċiedu jekk immorrux noqogħdu xi mkien ieħor. Iddiskuti kif nistgħu napplikaw il-​parir imsemmi fi Proverbji 22:3. Inkludi xi kummenti msemmijin fil-​Watchtower tal-​15 t’Awissu, 1988, paġna 22, dwar kemm wieħed għandu joqgħod attent.

15 min: Esperjenzi dwar Kif Bdejna Konversazzjonijiet. Fil-​programm tal-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa tal-​11 taʼ Settembru, ġie suġġerit biex niżviluppaw introduzzjonijiet dwar il-​ġrajjiet kurrenti sabiex inqajmu l-​interess u nibdew konversazzjonijiet fil-​ministeru. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw ir-​riżultati tajbin li kellhom s’issa billi applikaw dawn is-​suġġerimenti.

Għanja 205 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja