SKEDA GĦAL-LAQGĦAT TAS-SERVIZZ
Ġimgħa li Tibda 9 t’Ottubru
8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
12 min: “Oqgħod Attent għax-Xogħlijiet Meraviljużi t’Alla.” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Iġbed l-attenzjoni lejn ftit eżempji fil-ktieb il-ġdid li jibnu apprezzament għall-profezija taʼ Isaija.
25 min: “Il-Millennju l-Ġdid—X’Qed Joffrilek il-Futur?” Diskussjoni b’entużjażmu mill-indokratur tas-servizz. Wara li taqra l-avviż provdut fl-ittra lill-anzjani mis-Soċjetà tat-3 taʼ Lulju, 2000, qassam kopja taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36 lil kull persuna fl-attendenza. Imbagħad kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba taʼ l-artiklu. Spjega l-arranġamenti lokali li se jsiru biex ikopru t-territorju kollu. Ikkunsidra kif nistgħu ngħinu lil uħud ġodda jew lit-tfal biex jikkwalifikaw bħala pubblikaturi mhux mgħammdin. Uri preżentazzjoni qasira. Enfasizza l-bżonn biex kulħadd jieħu sehem bis-sħiħ f’din il-kampanja.
Għanja 53 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 16 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Fakkar lill-pubblikaturi li matul l-attività taʼ tmiem il-ġimgħa, ir-rivisti tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! għandhom jiġu preżentati flimkien maʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36.
15 min: “Għodod li Jedukaw, Iqanqlu u Jsaħħu.” (Paragrafi 1 u 2 biss.) Taħdita. Irrevedi fil-qosor l-istorja taʼ kif is-Soċjetà bdiet tagħmel il-vidjos. (Ara l-ktieb Proclaimers, paġni 600-601.) Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-vidjo Jehovah’s Witnesses—The Organization Behind the Name bħala preparazzjoni għad-diskussjoni fil-Laqgħa tas-Servizz għall-ġimgħa tat-30 t’Ottubru. Dawk li għandhom il-vidjo jistgħu jisilfuh lil uħud li m’għandhomx, jew forsi jistgħu jarawh magħhom.
20 min: Ilkoll Kemm Aħna Nistgħu Nuru l-Ispirtu taʼ Pijunier. Diskussjoni bejn wieħed li jikkonduċi studju tal-ktieb u l-assistent tiegħu, ibbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru, 1997, paġni 17-18. Ikkunsidraw għala jkun taʼ inkuraġġiment li jkun hemm iktar pijunieri fil-kongregazzjoni u kif kulħadd jistaʼ jagħmel il-parti tiegħu biex tintlaħaq din il-mira. Ukoll iddiskutu xi modi biex tinkuraġġixxu lil dawk li diġà huma pijunieri biex ikomplu u kif kulħadd fil-kongregazzjoni jistaʼ jżid iż-żelu għall-ministeru.
Għanja 131 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 23 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Ipprepara bir-Reqqa għal-Laqgħat. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Il-benefiċċju li niksbu mil-laqgħat jiddependi ħafna minn kemm nagħmlu sforz fil-preparazzjoni. Irrevedi xi suġġerimenti prattiċi offruti fit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Marzu, 1998, paġni 15-16, paragrafi 8-11. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jagħtu kummenti li juru kif huma jiżviluppaw l-inizjattiva meħtieġa u jsibu l-ħin li hemm bżonn biex jippreparaw sew.
Għanja 211 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 30 t’Ottubru
8 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ottubru.
12 min: Esperjenzi mit-Tqassim taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36. Staqsi lil pubblikaturi differenti jirrakkontaw xi riżultati inkuraġġanti li gawdew s’issa mit-tqassim taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36. Stieden lill-pijunieri regulari u awżiljarji jesprimu l-apprezzament tagħhom għall-attività miżjuda matul din il-kampanja u għall-opportunità li għandhom biex jaħdmu maʼ ħafna pubblikaturi differenti.
25 min: Jehovah’s Witnesses—The Organization Behind the Name. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Ikkunsidra l-mistoqsijiet provduti f’paragrafu 3 taʼ “Għodod li Jedukaw, Iqanqlu u Jsaħħu.” Offri xi suġġerimenti dwar kif jistaʼ jintuża dan il-vidjo biex ngħinu lil uħud interessati jsiru iktar familjari maʼ l-organizzazzjoni tagħna. Inkludi esperjenza jew tnejn qosra.—Ara l-Watchtower taʼ l-1 t’Ottubru, 1992, paġni 30-1.
Għanja 15 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Novembru
15 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-progress tat-tqassim taʼ l-Aħbar tas-Saltna Nru. 36. Irrapporta dwar kemm inħadem territorju s’issa u x’se jkun hemm bżonn biex illestuh kollu sas-17 taʼ Novembru.
20 min: X’Nemmnu Aħna? Ħu jagħmel żjara lura fuq persuna li staqsietu, “X’jgħallmu x-Xhieda taʼ Jehovah li jagħmilhom differenti minn reliġjonijiet oħrajn?” Iddiskuti l-punti li ħarġu fil-kaxxa f’paġna 6 fit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru, 1998. Spjega kif reliġjonijiet oħrajn jinjoraw jew jiċħdu dawn il-veritajiet bażiċi tal-Bibbja biex iżommu mat-tagħlim magħmul mill-bniedem.
10 min: Il-Kant—Parti Importanti tal-Qima Tagħna. Ħu li jikkonduċi studju tal-ktieb jiddiskuti maʼ żewġ pubblikaturi dwar kif ikantaw fil-laqgħat tal-kongregazzjoni. Hu nnota li l-mod kif ikantaw jinżamm kemxejn bla ħeġġa. Jaqsam xi punti mill-Watchtower taʼ l-1 taʼ Frar, 1997, paġni 27-28. Huma janalizzaw il-kliem taʼ waħda mill-għanjiet li jmissna nkantaw fl-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa din il-ġimgħa, kif suġġerit fit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Lulju, 1999, paġna 20, paragrafu 12. Billi nieħdu l-kant bis-serjetà, se nesprimu b’mod ħaj it-tifħir mill-qalb lejn Jehovah.
Għanja 223 u talba taʼ l-għeluq.