LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/01 p. 8
  • L-Imħabba Tqanqalna Nippridkaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Imħabba Tqanqalna Nippridkaw
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • “L-Imħabba li Għandu l-Kristu Ġġegħelna”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Il-Ministeru Tagħna—Espressjoni taʼ Mħabba Vera
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Ħobb lill-Alla li Jħobbok
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 3/01 p. 8

L-​Imħabba Tqanqalna Nippridkaw

1 Bħala Xhieda taʼ Jehovah, aħna l-​iktar magħrufin bħala xandara żelużi tal-​messaġġ tas-​Saltna. (Mt. 24:14) Iktar minn sitt miljuni huma attivi madwar id-​dinja, u wħud ġodda jiżdiedu man-​numru meta jingħaqdu magħna biex jippridkaw. Il-​figuri huma kalkulati fuq kemm xandara jieħdu sehem f’dan ix-​xogħol.

2 X’iqanqalna biex nieħdu sehem b’mod volontarju f’dan l-​inkarigu taʼ sfida? Aħna m’aħniex imġagħlin, lanqas imħajrin b’xi qligħ materjali, jew mogħtijin xi ġieħ speċjali. Għall-​ewwel, ħafna minna konna nibżgħu minħabba li ħassejna li ma konniex kwalifikati biżżejjed, u n-​nies taʼ spiss kienu jirreaġixxu b’mod negattiv. (Mt. 24:9) Ħafna minn dawk li jarawna ma jifhmux x’inhu li jqanqalna nagħmlu dan ix-​xogħol. Irid ikun hemm raġuni li tħeġġiġna u li biha ma naqtgħux qalbna.

3 Il-​Qawwa taʼ l-​Imħabba: Ġesù wera liema hu l-​akbar kmandament meta qal li ‘għandna nħobbu lill-​Mulej b’qalbna, b’ruħna, b’moħħna u bil-​qawwa tagħna kollha.’ (Mk. 12:30) L-​imħabba tagħna lejn Jehovah ġejja minn sentimenti profondi t’apprezzament għal dak kollu li hu—il-​Ħakkiem Sovran, il-​Ħallieq taʼ kollox, li ‘jistħoqqlu li jilqaʼ l-​glorja u l-​ġieħ u s-​setgħa.’ (Apk. 4:​11) Il-​kwalitajiet taʼ l-​għaġeb tiegħu ma jistgħu jitqabblu maʼ xejn.​—Eżo. 34:6, 7.

4 L-​għarfien li għandna dwar Jehovah u l-​imħabba tagħna lejh iqanqluna biex inħallu d-​dawl tagħna jiddi quddiem il-​bnedmin. (Mt. 5:16) Id-​dawl tagħna jiddi meta aħna nfaħħruh, nitkellmu dwar l-​affarijiet meraviljużi li għamel, u nxerrdu l-​messaġġ dwar is-​Saltna tiegħu fil-​pubbliku. Preċiż bħall-​anġlu fl-​għoli tas-​sema, aħna għandna ‘Evanġelju taʼ dejjem ħalli nxandru lil kull ġens, tribù, lsien u poplu.’ (Apk. 14:6) L-​imħabba hija l-​qawwa li ġġagħalna nxandru madwar id-​dinja.

5 Id-​dinja tara x-​xandir tagħna bħala “bluha” u li għandu jiġi injorat. (1 Kor. 1:​18) Saru ħafna sforzi biex jitwaqqaf xogħolna. L-​imħabba leali tagħna saħħitna biex b’kuraġġ niddikjaraw: “Ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna. . . . Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-​bnedmin.” (Atti 4:20; 5:29) Ix-​xogħol tax-​xandir ikompli jinfirex fi kwalunkwe parti tad-​dinja minkejja l-​oppożizzjoni.

6 L-​imħabba tagħna għal Jehovah hija bħal nar jaqbad li jħeġġiġna biex inxandru t-​tifħir tiegħu. (Ġer. 20:9; 1 Pt. 2:9) Aħna se nkomplu ‘ngħarrfu lill-​ġnus bl-​għemejjel tiegħu . . . għax għamel ħwejjeġ kbar’!​—Is. 12:​4, 5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja