Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Lulju
5 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
20 min: Rapport tas-Servizz għal April. Taħdita u intervisti mogħtija mill-indokratur tas-servizz. Enfasizza r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal April kemm tal-pajjiż u kemm tal-kongregazzjoni lokali. Intervista lil pubblikaturi differenti li għamlu sforz akbar fil-ministeru f’dak ix-xahar. Għidilhom biex jirrakkontaw dwar il-ferħ li ħassew meta taw sehem sħiħ u x’inhuma jagħmlu sabiex jibqgħu biżlin fil-ministeru.—Ara l-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Marzu 2001, paragrafi 28-30.
20 min: “Il-Konvenzjonijiet—Żmien biex Nifirħu!” Taħdita minn anzjan. Spjega għala laqgħat kbar tal-poplu taʼ Jehovah kienu jsiru fi żminijiet Bibliċi u għala huma taʼ benefiċċju bl-istess mod illum. Dawn l-okkażjonijiet jipprovdu sħubija li ssaħħaħna u ikel spiritwali vitali. Enfasizza l-importanza taʼ li kulħadd jattendi għat-tlett ijiem kollha tal-konvenzjoni distrettwali.
Għanja 42 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Żgħażagħ—Ikkalkulaw Kemm Se Tiswielkom il-Karriera Tagħkom. Missier u l-iben jew il-bint adolexxenti tiegħu jmorru fuq anzjan li għandu esperjenza prattika fix-xogħol sekulari. Wara li qagħdu jaħsbu fuq il-parti tal-Laqgħa tas-Servizz taʼ ħmistax ilu dwar li jagħżlu karriera, l-adolexxent qed jaħseb bis-serjetà biex jibda jaqdi fis-servizz taʼ pijunier regulari iżda għadu m’huwiex ċert dwar kif se jieħu ħsieb il-bżonnijiet materjali tiegħu. L-anzjan jenfasizza l-bżonn taʼ ħarsa bilanċjata. (It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Settembru, 1999, paġna 11, paragrafu 13) Huwa għaqli li tieħu xi tip taʼ taħriġ sabiex tkun kapaċi tipprovdi għalik innifsek. Ħafna marru tajjeb billi sempliċement ħadu taħriġ bażiku li jinvolvi mill-inqas spejjeż u ħin. (It-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Frar, 1996, paġna 21; Iż-Żgħażagħ Jistaqsu, paġna 178) Flimkien jiddiskutu l-ħarġa taʼ l-Awake! tat-8 taʼ Marzu, 1996, paġni 9-11, u xi suġġerimenti prattiċi dwar kif isibu jew joħolqu xogħol sekulari xieraq.
20 min: Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Kif inhuma organizzati? X’jemmnu? Diskussjoni maʼ l-udjenza u turija. Irrevedi l-informazzjoni li hemm fil-fuljett X’Jemmnu x-Xhieda taʼ Jehovah? u l-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem f’paġni 195-202 u uri kif dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jintużaw biex tingħata informazzjoni lin-nies dwarna u dwar xogħolna. Dawn juru eżattament min aħna, kif aħna organizzati, u jsemmu xi twemmin li jagħmilna differenti minn reliġjonijiet oħra. Jistgħu jintużaw ukoll biex jispjegaw l-aħbar tajba li nxandru u kif inxandruha, filwaqt li juru x’tinvolvi l-attività internazzjonali taʼ l-organizzazzjoni tagħna, u jispjegaw x’nitgħallmu fil-laqgħat tal-kongregazzjoni taʼ kull ġimgħa. Ħejji turija minn pubblikatur li juża l-ktieb Tgħix għal Dejjem paġni 200-1, paragrafi 27 u 28 biex jispjega lil xi inkwilin kurjuż x’jiġri fil-laqgħat, u wara dan il-pubblikatur jistieden lill-inkwilin biex jattendi għal-Laqgħa Pubblika li jmiss. Il-pubblikatur juża l-istampa f’paġna 201 tal-ktieb Tgħix għal Dejjem. Ħeġġeġ lil kulħadd biex juża dawn il-pubblikazzjonijiet bħala għajnuna għall-qraba li m’humiex Xhieda biex isiru jafu min aħna, jikkultivaw l-interess fiż-żjajjar lura, u jmexxu lill-istudenti tal-Bibbja lejn l-organizzazzjoni.
Għanja 50 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Ħejji Ruħek biex Tistudja l-Profezija taʼ Isaija!”a Ikkummenta fil-qosor dwar kif żgur se nibbenefikaw mill-istudju tal-ktieb taʼ Isaija. (Ara kapitlu 1, paragrafi 10-12, f’Il-Profezija taʼ Isaija I.) Ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għall-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni b’mod regulari.
Għanja 53 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Lulju.
20 min: Żgħażagħ—Kunu Għaqlin fl-Ippjanar taʼ l-Edukazzjoni Tagħkom. Anzjan jitkellem maʼ xi ġenituri u t-tfal adolexxenti tagħhom dwar edukazzjoni supplimentarja. L-anzjan imexxi d-diskussjoni mit-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Settembru, 1999, paġni 16-17, paragrafi 11-13, filwaqt li jenfasizza għala l-ministeru full-time għandu jkun fuqnett fil-lista tagħhom taʼ l-affarijiet l-iktar importanti. (It-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Diċembru, 1996, paġni 30-31, paragrafi 13-15) Il-grupp imbagħad jirrevedi l-pariri li hemm fil-ħarġa taʼ l-Awake!, tat-8 taʼ Marzu, 1998, paġni 20-1, li jenfasizzaw l-importanza tad-dixxerniment meta jitqiesu l-benefiċċji u l-iżvantaġġi taʼ li jieħdu iktar edukazzjoni. Jenfasizzaw ukoll il-bżonn li l-adolexxenti jpoġġu limitu fuq kemm jieħdu tagħlim, sakemm jaraw li jkunu kisbu biżżejjed biex imantnu lilhom infushom, waqt li jħabirku bil-ħeġġa fil-ministeru. Kollha jaqblu li għandhom jiġu gwidati mit-twissija taʼ Ġesù li jpoġġu l-ewwel l-interessi tas-Saltna.—Mt. 6:33.
15 min: Aħbar Tajba għall-Ġnus Kollha. Diskussjoni maʼ l-udjenza u turija. Persentaġġ li dejjem jikber mill-popolazzjoni taʼ dan il-pajjiż huwa taʼ nies li jitkellmu lingwa barranija. Uri kif nistgħu nagħtu xiehda lil dawn l-uħud billi nużaw il-ktejjeb Good News for All Nations. Iġbor fil-qosor “Use of This Booklet,” f’paġna 2, u aqra l-preżentazzjoni li hemm fil-lingwa tal-kongregazzjoni tiegħek. Uri x’għandu jsir meta fuq il-bibien niltaqgħu maʼ persuna li titkellem lingwa oħra. Semmi xi esperjenzi tajbin dwar kif dan sar fit-territorju tagħkom.—Ara l-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 1998, paragrafi 8-9.
Għanja 57 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 6 t’Awissu
15 min: Avviżi lokali. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw l-esperjenzi li kellhom taʼ xiehda informali waqt xi vaganza, jew waqt li kienu qed iżuru lill-qraba tagħhom li m’humiex Xhieda. Ħabbar l-arranġamenti taʼ fil-għodu u fil-għaxija għall-ministeru taʼ l-għalqa nhar l-Erbgħa, 15 t’Awissu li se tkun festa pubblika. Ħeġġeġ lill-pubblikaturi kollha biex jieħdu sehem fil-ministeru dak in-nhar.
10 min: “Tistaʼ Taqdi Fejn il-Bżonn Huwa Akbar?”b Inkludi xi esperjenzi inkuraġġanti li kellhom il-pubblikaturi lokali meta marru jxandru f’Għawdex.—Ara il-ktieb Our Ministry, paġni 112-13.
20 min: “Toqgħodx Lura!”c Jekk il-ħin jippermetti, semmi xi esperjenzi mit-Torri taʼ l-Għassa, tal-15 taʼ Diċembru, 1999, paġna 25.
Għanja 63 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.