LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/03 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 11 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 18 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 25 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 8/03 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 11 t’Awissu

Għanja 101

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu flimkien maʼ ħarġa oħra taʼ Stenbaħ! F’kull turija, iż-​żewġ rivisti jridu jiġu offruti flimkien, avolja t-​Torri taʼ l-​Għassa biss huwa preżentat. Waqt it-​turija uri mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “Għandi X’Nagħmel.”​—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġna 6.

15 min: “Imita t-​Tjubija taʼ Jehovah.”a Stieden lil dawk fl-​udjenza jirrakkontaw xi esperjenzi fil-​qosor u juru kif atti taʼ ħniena fetħulhom it-​triq biex jagħtu xiehda. Faħħar lill-​kongregazzjoni għall-​isforzi kollha li saru biex jiġu megħjuna sħabna fit-​twemmin.

20 min: “Il-​Barkiet li Jiġu mill-​Ministeru taʼ Pijunier.”b Uża l-​mistoqsijiet li ġew provduti. Stieden pijunier jew tnejn biex jikkummentaw fuq il-​barkiet li rċivew mix-​xogħol taʼ pijunier. Semmi li dawk li huma interessati fix-​xogħol taʼ pijunier jistgħu jiksbu l-​applikazzjoni mingħand is-​segretarju.

Għanja 11 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 18 t’Awissu

Għanja 82

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Iddiskuti “Programm Ġdid tal-​Jum t’Assemblea Speċjali.” Ħabbar id-​data għall-​jum t’assemblea speċjali li jmiss, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi. Jekk l-​assemblea se tinżamm fix-​xhur li jmiss, semmi li dawk li jixtiequ jitgħammdu għandhom jinformaw lill-​indokratur li jippresiedi.

15 min: “Xogħol li Jġib Serħan.”c Ħejji minn qabel żewġ jew tliet aħwa biex jikkummentaw fuq kif il-​ministeru Kristjan iġibilhom serħan.

18 min: “Ejja Nżommu l-​Post taʼ Qima Tagħna f’Kundizzjoni Tajba.”d (Paragrafi 1-5) Uża l-​mistoqsijiet provduti. Meta tkun qed tiddiskuti paragrafi 3 u 4, irrivedi l-​arranġamenti lokali għat-​tindif tas-​Sala tas-​Saltna. Tkellem dwar l-​affarijiet li jeħtieġu iktar attenzjoni. Faħħar lill-​kongregazzjoni għall-​isforzi tagħha biex il-​post tal-​qima vera jinżamm kif suppost.

Għanja 114 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 25 t’Awissu

Għanja 175

10 min: Avviżi lokali. Billi tuża s-​suġġerimenti f’paġna 8, ħejji żewġ turijiet taʼ kif jiġu preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Settembru. F’kull turija, iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, avolja wieħed biss jiġi preżentat. Uri kif ġenitur u ibnu jew bintu, li huma adolexxenti, jipprattikaw turija biex iħejju ruħhom għax-​xogħol bir-​rivisti. Huma jirrivedu fil-​qosor kull preżentazzjoni suġġerita qabel ma jagħmluha bħala turija.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: Agħmel il-​Qalb biex Tippriedka. (1 Tess. 2:2) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Spjega għala ħafna jibżgħu javviċinaw lil oħrajn bil-​messaġġ tas-​Saltna. Dan huwa minnu anki dwar dawk li ilhom attivi għal ħafna snin. Irrakkonta xi esperjenzi li jinsabu fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 1999, paġna 25; it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru, 1999, paġna 25; u The Watchtower taʼ l-​1 t’April, 1996, paġna 31. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq kif irnexxielhom jagħmlu l-​qalb u jaqsmu l-​aħbar tajba f’okkażjonijiet meta ħassewhom beżgħanin. Ikkonkludi billi tagħti l-​inkuraġġiment lil dawk fl-​udjenza biex jiksbu s-​saħħa mingħand Jehovah, billi tuża t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru, 1999, paġni 23-4.

Għanja 125 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Settembru

Għanja 84

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Awissu. Semmi l-​offerta taʼ letteratura għal Settembru. Ipprepara minn qabel ħu jew tnejn biex jirrakkontaw esperjenzi inkuraġġanti li ltaqgħu magħhom waqt l-​għoti taʼ xiehda informali, waqt xi vaganza, jew f’okkażjonijiet oħra matul ix-​xhur tas-​sajf.

15 min: Iżżommha Kelmtek biex Terġaʼ Tmur? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru, 1999, paġni 10-11, taħt is-​sottitlu “Modi Oħrajn biex Inżommu l-​Wegħdi Tagħna.” Meta nsibu nies fil-​ministeru tagħna li juru interess, aħna ġeneralment niftiehmu biex inkomplu d-​diskussjoni darb’oħra. Immorru lura lealment bħalma nkunu wegħedna? Irrivedi l-​prinċipji Bibliċi li għandhom jimmotivawna biex inżommu l-​kelma li nkunu tajna. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi li juru kif ġew imberkin talli marru lura fil-​pront.

20 min: “Ejja Nżommu l-​Post taʼ Qima Tagħna f’Kundizzjoni Tajba.”e (Paragrafi 6-12) Uża l-​mistoqsijiet provduti. Enfasizza kemm hu importanti li nieħdu ħsieb sew is-​Sala tas-​Saltna, waqt li ssemmi l-​kaxxa f’paġna 5. Inkludi rapport qasir tal-​kundizzjoni tas-​Sala tas-​Saltna tagħkom, u semmi xi pjanijiet li hemm biex isiru xi tiswijiet jew titjib.

Għanja 41 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja