Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art, u Magħqudin Fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru. Frar: Ersaq Qrib Lejn Jehovah. Marzu: Ibqaʼ Għassa! Jekk xi individwi juru interess sinċier, uża l-ktieb Għarfien bil-mira li tibda studju tal-Bibbja fid-dar. April: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil dawk interessati, inkludi lil dawk li jkunu attendew it-Tifkira jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv maʼ l-organizzazzjoni. Għandu jsir kull sforz biex jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-ktieb Għarfien u l-browxer X’Jirrikjedi.
◼ B’seħħ minn Frar, u mhux iktar tard mis-6 taʼ Marzu, it-taħdita pubblika l-ġdida għall-indokraturi tas-circuit se tkun “Aġixxi bl-Għaqal f’Dinja bla Sens.”
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex din is-sena josservaw it-Tifkira nhar il-Ħamis, 24 taʼ Marzu, wara nżul ix-xemx. Għalkemm it-taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-tqassim taʼ l-emblemi m’għandux jibda qabel inżul ix-xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta jkun se jseħħ inżul ix-xemx fil-lokalità tagħkom. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-ċelebrazzjoni tat-Tifkira għaliha, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-istess Sala tas-Saltna, forsi kongregazzjoni minnhom jew iktar jistgħu jiksbu l-użu taʼ xi post ieħor għal dik il-lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu li jkun hemm minn taʼ l-inqas 40 minuta bejn ċelebrazzjoni u oħra sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-sħiħ mill-okkażjoni. Għandha tingħata konsiderazzjoni għall-problemi tat-traffiku u taʼ l-ipparkjar. Għandhom isiru arranġamenti wkoll għal dawk li m’għandhomx trasport. Il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-aħjar lokalment.
◼ Fil-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Marzu se jkun hemm diskussjoni dwar il-vidjo David—He Trusted in God (David—Hu Fada f’Alla). Dan il-vidjo hu disponibbli biss fuq id-DVD bit-titlu Noah Walked With God—David Trusted in God (Noè Mexa m’Alla—David Fada f’Alla). Tistaʼ tagħżel minn tmien lingwi fuq id-DVD—Franċiż, Ġappuniż, Ġermaniż, Ingliż, Portugiż (Brażiljan), Russu, Spanjol, u Taljan. Kopji taʼ dan il-vidjo jistgħu jiġu ordnati fl-ordni tal-letteratura li jmiss.