Programmi tal-Vidjos fuq DVD
Id-DVD li għandu t-titlu Transfusion Alternatives—Documentary Series (Alternattivi għat-Trasfużjonijiet—Serje taʼ Dokumentarji) għandu tliet programmi li kienu ħarġu fuq vidjos. Il-programm Transfusion-Alternative Strategies—Simple, Safe, Effective (Strateġiji Alternattivi għat-Trasfużjonijiet—Sempliċi, bla Periklu, Effettivi) kien imħejji għat-tobba u l-istudenti tal-mediċina, u għalhekk jinkludi iktar xeni mediċi miż-żewġ programmi l-oħra. Il-programm Transfusion-Alternative Health Care—Meeting Patient Needs and Rights (Kura tas-Saħħa Alternattiva għat-Trasfużjoni—Jiġu Rispettati l-Ħtiġijiet u d-Drittijiet tal-Pazjent) kien imħejji speċjalment għall-ġurnalisti mediċi, l-uffiċjali tas-saħħa, il-ħaddiema soċjali, u l-imħallfin. Jikkunsidra l-mod kif għandhom jiġu trattati l-bżonnijiet mediċi u fl-istess ħin jiġu rispettati d-drittijiet legali tal-pazjenti. Il-programm No Blood—Medicine Meets the Challenge (Mingħajr Demm—Il-Mediċina Tilqaʼ l-Isfida) kien imħejji primarjament għall-pubbliku in ġenerali. Dan id-DVD għandu l-vidjos bl-Ingliż b’dokumentarju miżjud bil-Franċiż, il-Ġappuniż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, il-Portugiż (Brażiljan), ir-Russu, u t-Taljan. Jekk jogħġbok uri dawn ilprogrammi lit-tabib, lill-istudenti tal-Bibbja, lill-qraba li m’humiex Xhieda, lill-għalliema, lil sħabek tax-xogħol, u lil sħabek tal-klassi.