LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/05 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Lulju
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 6/05 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Ġunju

Għanja 198

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8 biex turi kif jiġu preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju u kopja reċenti taʼ Stenbaħ! Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet realistiċi oħra.

15 min: Għin lil Oħrajn Isiru Pubblikaturi Mhux Mgħammdin. Anzjan jagħmel taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, paġni 79-81. Iddiskuti l-​arranġament dwar kif jiġi determinat jekk student tal-​Bibbja jilħaqx il-​ħtiġijiet Skritturali biex ikun jistaʼ jieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa mal-​kongregazzjoni. Il-​ġimgħa d-​dieħla se nikkunsidraw kif nistgħu nħarrġu lill-​istudenti tal-​Bibbja li jikkwalifikaw bħala pubblikaturi mhux mgħammdin biex jibdew jieħdu sehem fil-​ministeru minn dar għal dar.

20 min: “L-​Ippridkar Jgħinna Nissaportu.”a Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq l-​iskritturi skond ma jippermetti l-​ħin.

Għanja 149 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Ġunju

Għanja 206

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-​punti prinċipali mill-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 2003, paġna 4. Spjega kif il-​pubblikaturi jistgħu jiksbu l-​letteratura b’lingwa barranija. Iddiskuti kif din l-​informazzjoni tapplika għat-​territorju lokali. Kwalunkwe rikjesta għal-​letteratura b’lingwa barranija trid issir permezz tal-​ħu li jieħu ħsieb il-​letteratura, anki jekk din tkun għal ħaġa waħda biss. B’hekk, il-​letteratura mitluba tkun tistaʼ tinkiseb mingħajr dewmien.

15 min: Il-​Kelma t’Alla Hi Qawwija. (Ebr. 4:​12) Taħdita bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru, 2003, paġna 11, paragrafi 13-​17. Irrakkonta esperjenzi li juru kif it-​tagħlim tal-​Bibbja jistaʼ jqanqal lin-​nies jagħmlu bidliet f’ħajjithom. (w00 1/1 pġi. 3-5) Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel użu tajjeb mill-​Bibbja fl-​aspetti kollha tal-​ministeru.

20 min: “Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi​—L-​Għaxar Parti.”b Inkludi turija taʼ tnejn qed jipprattikaw preżentazzjoni. L-​istudent jipprattika l-​preżentazzjoni maʼ dak li jagħmillu l-​istudju. Dan taparsi jkun l-​inkwilin u jqajjem oġġezzjoni. Meta l-​istudent ma jkunx ċert xi jrid jgħid, dak li jagħmillu l-​istudju jispjegalu kif għandu jittratta s-​sitwazzjoni. Barra minn hekk, ipprepara bil-​quddiem wieħed jew tnejn mill-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif ġew imħarrġin meta bdew jieħdu sehem fil-​ministeru minn dar għal dar.

Għanja 208 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Ġunju

Għanja 113

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħmlu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ġunju. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u tad-​donazzjonijiet li saru. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8 biex turi kif jiġu preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju flimkien mal-​kopja taʼ Stenbaħ! taʼ Lulju-Settembru. Wara t-​turija, erġaʼ semmi l-​kummenti li fetaħ bihom il-​pubblikatur biex iqanqal linteress taʼ l-​inkwilin.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: Noffru l-​Browxers f’Lulju u Awissu. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq paġni 3-5 taʼ l-​insert. Spjega fil-​qosor kif jintuża l-​insert, billi tenfasizza l-​kaxxa f’paġna 3 flimkien maʼ punti prinċipali mill-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005, paġna 8. Iddiskuti s-​suġġerimenti li huma adattati għat-​territorju lokali dwar kif toffri l-​browxers fl-​ewwel żjara. Agħmel arranġamenti biex jiġu preżentati żewġ turijiet jew tlieta. Qabbad żagħżugħ biex jagħmel mill-​inqas waħda mit-​turijiet.

Għanja 196 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Lulju

Għanja 70

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi s-​suġġerimenti f’paġna 6 taʼ l-​insert “Suggerimenti dwar Kif Nippreżentaw il-​Fuljetti.”

15 min: Qiegħed Int Tibbenefika minn Skeda tal-​Familja? Irrivedi s-​suġġerimenti fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Mejju 2005, u stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar l-​isforzi li għamlu biex japplikaw is-​suġġerimenti u l-​benefiċċji li ħadu għax għamlu hekk.

20 min: “Nagħtu Xiehda b’Mod Effettiv f’Postijiet Pubbliċi.”c Applika dan għat-​territorju lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jużaw il-​formola Foreign Language (S-70a) fejn ikun xieraq.​—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 2005, paġna 6.

Għanja 120 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja