Avviżi
◼ Ġunju: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk ikun hemm min jgħid li m’għandux tfal, offri l-ktieb Hena Fil-Familja jew il-ktieb Għarfien. Agħmel sforz biex tibda studji tal-Bibbja. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ktieb għan-Nies Kollha, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, u X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu? Settembru: Għandu jsir sforz speċjali biex jiġu offruti l-pubblikazzjonijiet li ġejjin: Tgħix Għal Dejjem, u Hena Fil-Familja.
◼ Għandha titqiegħed kopja tal-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova fil-librerija tas-Sala tas-Saltna. Wieħed jistaʼ jsib iktar informazzjoni dwar il-libreriji tas-Swali tas-Saltna fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 2003, paġna 5, u fil-Kaxxa għall-Mistoqsija tal-Ministeru tas-Saltna t’April 1997.
◼ Għadd taʼ pubblikaturi staqsew rigward ċerti għanjiet tas-Saltna li ġew rikordjati u kantati bi stil taʼ mużika pop u li bħalissa qed jiċċirkolaw fost ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Dawn jixtiequ jkunu jafu jekk dawn id-diski għandhomx l-approvazzjoni taʼ l-organizzazzjoni. Aħna nafu b’dawn id-diski u nixtiequ ninformawkom li m’għandhomx l-approvazzjoni tagħna. Jekk jogħġobkom tgħaddux dawn id-diski lil oħrajn u lanqas iġġibuhom minn fuq l-Internet. Aħna nisperaw li din l-informazzjoni se tiċċara l-kwistjoni.
◼ L-Erbgħa, 29 taʼ Ġunju hija festa pubblika. Din tagħti opportunità mill-aħjar lil kulħadd biex dakinhar jieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa.