LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/05 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 1 t’Awissu
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 7/05 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Lulju

Għanja 49

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġeriment f’paġna 4 (jekk huwa adattat għat-​territorju tiegħek) biex turi kif tippreżenta It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju u ħarġa reċenti taʼ Stenbaħ! Fit-​turija uri kif tittratta maʼ l-​oġġezzjoni “Għandi x’nagħmel.”​—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, pġi. 11-​12.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Nilħqu Kemm Jistaʼ Jkun Nies.”a Meta tiddiskuti paragrafu 5, irrivedi s-​suġġerimenti fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Ġunju 2005, paġna 8, li japplikaw għat-​territorju lokali.

Għanja 88 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Lulju

Għanja 173

10 min: Avviżi lokali. Ikkunsidra fil-​qosor It-​Torri taʼ lGħassa tal-​15 t’Awissu, 2000, paġna 32. Enfasizza l-​benefiċċji li niksbu billi nżommu programm regulari taʼ qari mill-​Bibbja kuljum, anki meta nkunu fuq btala u f’perijodi oħra meta ma nkunux mexjin bir-​rutina normali tagħna.

15 min: “Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi​—Il-​Ħdax-il Parti.”b Inkludi turija taʼ wieħed li jikkonduċi l-​istudju u pubblikatur ġdid jippreparaw biex jagħmlu żjara lura. Huma jirrivedu l-​informazzjoni dwar l-​ewwel żjara u jagħżlu punt adattat biex jitkellmu dwaru meta jagħmlu ż-​żjara lura. Jippreparaw ukoll introduzzjoni sempliċi u mistoqsija li tkun tistaʼ ssir fi tmiem iż-​żjara. It-​turija tintemm x’ħin ikunu se jibdew jipprattikaw il-​preżentazzjoni li jkunu ppreparaw.

20 min: Għin lil Oħrajn Japprezzaw il-​Bibbja. Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba bbażata fuq il-​ktieb Qim lil Alla, paġni 24-5, paragrafi 3-6. Uża l-​mistoqsijiet taʼ studju provduti fil-​ktieb. Inkludi kummenti mill-​browxer Ktieb għan-​Nies Kollha, paġna 32.

Għanja 10 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Lulju

Għanja 138

15 min: Avviżi lokali. Aqra rrapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 4 (jekk huwa adattat għat-​territorju tiegħek) uri kif tistaʼ tippreżenta It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Awissu u ħarġa reċenti taʼ Stenbaħ! Fit-​turija jiġu offruti r-​rivisti b’mod informali f’xi suq jew xi post pubbliku ieħor.

10 min: Naqqax il-​Verità f’Qalb Uliedek. (Dt. 6:7) Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu, 2002, paġni 30-1. Enfasizza l-​prinċipji Skritturali li jipprovdu gwida għal ġenitur Kristjan fuq it-​taħriġ tat-​tfal f’dar fejn ġenitur wieħed biss hu Xhud.

20 min: “Dejn li Għandna m’Oħrajn.”c Inkludi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju, 2000, paġna 11, paragrafu 13.

Għanja 82 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 1 t’Awissu

Għanja 187

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Lulju. Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq l-​informazzjoni taħt is-​sottitlu “Suġġerimenti għal Titjib” fl-​artiklu “Faħħar lil Ġeħova ‘f’Nofs il-​Kongregazzjoni’” li jinsab fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru, 2003, paġni 20-1.

15 min: “Għin lil Uliedek Jagħmlu Progress fil-​Ministeru.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Inkludi turija li fiha ġenitur u wieħed mit-​tfal tiegħu jużaw preżentazzjoni simplifikata. Il-​ġenitur itemm il-​preżentazzjoni billi jispjega fil-​qosor l-​arranġament tad-​donazzjonijiet.

15 min: Ipprovajt Tuża Metodu Adattabbli? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005, paġna 6. Irrivedi s-​suġġerimenti provduti, u uri kif tistaʼ tintuża preżentazzjoni adattabbli bl-​offerta taʼ letteratura għal Awissu. Agħmel turija taʼ waħda jew tnejn mill-​preżentazzjonijiet.

Għanja 218 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja