Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Marzu: Offri l-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja. April u Mejju: Offri kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Meta tagħmel żjajjar lura lil persuni interessati, inkluż dawk li jattendu t-Tifkira u/jew attivitajiet teokratiċi oħra iżda m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ipprova ħallilhom il-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja b’dan il-ktieb. Ġunju: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk xi ħadd jgħid li m’għandux tfal, offri l-ktieb Hena Fil-Familja.
◼ Minħabba li April fih ħames Sibtijiet u Ħdud u l-Ġimgħa, 14 t’April hija festa pubblika, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ It-Tifkira se tinżamm nhar l-Erbgħa, 12 t’April, 2006. Jekk il-kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-laqgħat nhar t’Erbgħa, dawn għandhom jinżammu f’ġurnata oħra tal-ġimgħa jekk is-Sala tas-Saltna tkun disponibbli. Jekk dan ma jkunx possibbli u jeffettwa l-Laqgħa tas-Servizz, il-partijiet li japplikaw b’mod partikulari għall-kongregazzjoni tagħkom jistgħu jiġu inklużi f’Laqgħa tas-Servizz oħra.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom iqassmu l-aħħar ħarġiet tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! malli jirċivuhom. Dan se jagħti ċans lill-pubblikaturi biex isiru familjari maʼ dak li jkun fihom qabel ma joffruhom fis-servizz taʼ l-għalqa. Il-Ministeru tas-Saltna wkoll għandu jingħata lill-pubblikaturi malli jasal. Dan jistaʼ jitqassam fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni.
◼ La l-uffiċċju lokali u lanqas l-uffiċċju tal-fergħa ma jimlew rikjesti għal-letteratura għal pubblikaturi individwali. L-indokratur li jippresiedi jrid jiftiehem biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lill-uffiċċju lokali r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex dawk kollha li huma interessati li jiksbu xi letteratura persunali jkunu jistgħu jinformaw lill-ħu inkarigat mil-letteratura. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Kulmeta l-pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni, xi assemblea, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-rikjesta tiegħek għall-informazzjoni fuq id-dati, il-ħinijiet, u l-postijiet fejn dawn isiru, trid tkun diretta lill-uffiċċju tal-fergħa li jieħu ħsieb ix-xogħol f’dak il-pajjiż. L-indirizzi taʼ l-uffiċċji tal-fergħa jinsabu mniżżlin fl-aħħar paġna tal-Yearbook kurrenti.