Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Billi tuża s-suġġerimenti f’paġna 4 jew xi preżentazzjoni oħra li hi adattata għat-territorju tiegħek, uri kif għandhom jiġu offruti t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Marzu u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Fi tmiem il-preżentazzjoni, il-pubblikatur għandu jistieden lill-inkwilin għat-Tifkira, billi juża l-qoxra taʼ wara tar-rivista li jkun qed jippreżenta.
15 min: “Għin lil Oħrajn Jibbenefikaw mill-Fidwa.”a It-taħdita taʼ wara din se tikkunsidra iktar kif nistgħu nużaw paġni 206-8 tal-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? meta nkunu qed nistiednu lin-nies biex jattendu għat-Tifkira.
20 min: L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej—Ċelebrazzjoni li Tonora lil Alla. Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba bbażata fuq paġni 206-8 tal-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? F’introduzzjoni taʼ inqas minn minuta uri kif dan is-suġġett jistaʼ jiġi introdott lill-inkwilin billi jinqara l-ewwel paragrafu. Imbagħad stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar il-mistoqsijiet li ġejjin mingħajr ma toqgħod taqra l-paragrafi: (par. 2) Ġesù meta stabbilixxa t-Tifkira tal-mewt tiegħu? (par. 3) Kemm-il darba għandha tiġi osservata l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej? (par. 4) Il-Bibbja kif tiddeskrivi l-osservanza tat-Tifkira? (par. 5) Kif nafu li Ġesù ma biddilx il-ħobż fil-ġisem letterali tiegħu u l-inbid fid-demm letterali tiegħu? (par. 6) Il-ħobż bla ħmira x’jissimbolizza? (par. 7) L-inbid aħmar x’jirrappreżenta? (par. 8) Min biss għandu jieħu mill-ħobż u l-inbid? (par. 9) It-Tifkira meta tinżamm kull sena, u għala għandna nattendu? Iġbed l-attenzjoni lejn l-iskritturi prinċipali skond kemm jippermetti l-ħin. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jistudja din l-informazzjoni maʼ l-istudenti tal-Bibbja u m’oħrajn li huma jistiednu għat-Tifkira billi jaqraw il-paragrafi, jiddiskutu l-punti prinċipali, u jużaw mistoqsijiet sempliċi bħalma jidhru hawn.
Għanja 134 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-punti prinċipali mill-kaxxa “Tfakkiriet għat-Tifkira.”
23 min: L-Irwol taʼ Kristu fl-Arranġament t’Alla. Taħdita bbażata fuq il-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova, paġni 10-13. Meta tkun qed tiddiskuti l-ewwel żewġ paragrafi taħt is-sottitlu “L-Irwol taʼ Kristu,” uża tliet jew erbaʼ minuti sabiex tkun tistaʼ tissuġġerixxi u turi modi kif jintuża l-invit għat-Tifkira. Irrivedi s-suġġerimenti fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 2006, paġna 3, paragrafu 3.
12 min: Imsaħħin Billi Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum. Taħdita u turija bbażati fuq id-daħla tal-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2006. Irranġa bil-quddiem għal turija li fiha familja tikkunsidra l-iskrittura taʼ llum u tikkummenta dwarha.
Għanja 103 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Marzu
15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjamenti għad-donazzjonijiet. Matul April se noffru t-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Uża s-suġġerimenti f’paġna 4 jew preżentazzjonijiet oħrajn li huma adattati għat-territorju tiegħek, u uri kif għandu jiġi offrut it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’April u Stenbaħ! t’April-Ġunju. Wara t-turijiet, iġbed l-attenzjoni lejn artikli oħrajn li jidhru f’dawn il-ħarġiet li għandhom mnejn jolqtu lin-nies fit-territorju lokali. Ħabbar l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-festa pubblika, nhar il-Ġimgħa 31 taʼ Marzu.
12 min: Bżonnijiet lokali.
18 min: “Għallem lill-Ġwejdin Jimxu fil-Mogħdija t’Alla.”b Inkludi kummenti bbażati fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Lulju, 2004, paġna 16, paragrafu 9.
Għanja 170 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 t’April
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi fil-qosor l-artiklu “Ingawdu l-Istudju tal-Ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?” li jidher fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 2006, paġna 6. Iġbed l-attenzjoni lejn l-iskeda għall-istudju tal-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?
15 min: Ħarreġ lill-Istudenti tal-Bibbja biex Jippreparaw. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq l-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru 2005, paġna 4, ir-rabaʼ parti. Tistaʼ tinkludi kummenti mill-Ministeru tas-Saltna taʼ Diċembru 2004, paġna 1. Spjega l-punti billi tuża eżempji mill-ewwel kapitlu tal-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?
20 min: Esperjenzi lokali. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi li gawdew meta offrew il-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? f’Marzu. Jekk inbdew xi studji tal-Bibbja semmihom. Tistaʼ tiġi reċtata xi esperjenza jew tnejn li jispikkaw.
Għanja 93 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.