Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Mejju: Offri kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Meta tagħmel żjajjar lura lil persuni interessati, inkluż dawk li jattendu t-Tifkira u/jew attivitajiet teokratiċi oħra iżda li m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ipprova ħallilhom il-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja b’dan il-ktieb. Ġunju: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk xi ħadd jgħid li m’għandux tfal, offri l-ktieb Hena Fil-Familja. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja-Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, X’Jiġrilna meta Mmutu?, u Ibqaʼ Għassa!
◼ L-indokratur li jippresiedi, jew xi ħadd inkarigat minnu, għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Ġunju jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Jekk hemm xi kont bankarju ieħor, bħal per eżempju tal-manutenzjoni jew tal-kostruzzjoni, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi awditjat dan il-kont. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni mar-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Huwa rikkmandat li l-applikazzjonijiet għas-servizz taʼ pijunier regulari jintbagħtu lill-uffiċċju taʼ Malta minn taʼ l-inqas 30 jum qabel id-data li wieħed ikun jixtieq jibda. Is-segretarju tal-kongregazzjoni għandu jirrivedi l-formoli sabiex ikun żgur li jkunu mtlew sew. Jekk dawk li japplikaw ma jistgħux jiftakru eżattament id-data tal-magħmudija tagħhom, għandhom jaraw meta kienet bejn wieħed u ieħor u jżommu nota tagħha. Is-segretarju għandu jżomm nota taʼ din id-data fuq il-kard bit-titlu Congregation’s Publisher Record (S-21).
◼ Peress li Ġunju fih żewġ festi pubbliċi, dan ikun xahar ideali għax-xogħol taʼ pijunier awżiljarju.