LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/06 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Ġunju
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 5/06 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Mejju

Għanja 2

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 3 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Mejju u Stenbaħ! t’April-Ġunju. Il-​pubblikatur għandu joffri l-​ħarġiet tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju u tal-​15 taʼ Mejju flimkien maʼ Stenbaħ! t’April-Ġunju maʼ persuna li ma rċivietx it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju fuq rotta bir-​rivisti. It-​turija għandha tkun ibbażata fuq rivista waħda minkejja li se jiġu offruti tliet ħarġiet. Il-​pubblikaturi jistgħu jmorru fuq ir-​rotot tar-​rivisti darba jew darbtejn f’xahar. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo Noah​—He Walked With God (Noè—Hu Mexa m’Alla) bħala preparazzjoni għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla.

20 min: ‘Ibqaʼ Miexi Warajja.’a Intervista fil-​qosor pubblikatur eżemplari li qed jissielet biex iżomm ħajtu sempliċi u qed jillimita x-​xewqat persunali biex javanza l-​interessi tas-​Saltna u jaqdi lill-​oħrajn. Enfasizza l-​barkiet li gawda talli għamel dan.

15 min: Esperjenzi lokali. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq il-​barkiet li rċivew waqt li ħabirku fil-​ministeru matul Marzu u April. Enfasizza r-​riżultati li nkisbu meta nbdew studji tal-​Bibbja u meta wħud ġodda ngħataw l-​għajnuna biex jattendu t-​Tifkira. Xi esperjenza jew tnejn li jispikkaw jistgħu jiġu reċtati.

Għanja 91 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Mejju

Għanja 9

10 min: Avviżi lokali.

10 min: Naħdmu Flimkien f’Unità Taħt it-​Tmexxija taʼ Kristu. Taħdita bbażata fuq il-​materjal li nsibu taħt is-​sottitlu “Xi Jfisser li Nirrikonoxxu l-​Irwol Tiegħu?” f’paġni 13-​15 tal-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova.

25 min: “Eżempju għaż-​Żgħar u għall-​Kbar.” Wara introduzzjoni taʼ inqas minn minuta, ibda b’diskussjoni maʼ l-​udjenza tal-​kwizz tal-​vidjo dwar Noè billi tuża l-​mistoqsijiet kollha mniżżlin fit-​tieni paragrafu. Imbagħad staqsi lill-​familji biex jirrakkontaw kif huma bbenefikaw billi pparteċipaw f’dak li ġie suġġerit fil-​parti “Learning Activities” li tinsab fuq id-​DVD. Wara, iddiskuti l-​mistoqsija u l-​iskritturi fit-​tielet paragrafu.

Għanja 133 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Mejju

Għanja 86

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 3 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju u Stenbaħ! t’April-Ġunju. Bħala setting għat-​turija, uri familja waqt sessjoni taʼ prattika. Fakkar lill-​kongregazzjoni li x-​xahar taʼ Ġunju fih żewġ festi pubbliċi, u għalhekk ikun ideali li naqdu bħala pijunieri awżiljarji.

10 min: Taħdita bbażata fuq l-​artiklu “Programm Ġdid tal-​Jum t’Assemblea Speċjali” li deher fil-​Ministeru tas-​Saltna t’April 2006. Ibni antiċipazzjoni għall-​programm. Iġbed l-​attenzjoni biex jiġu riveduti l-​mistoqsijiet u inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu n-​noti sabiex jipparteċipa matul ir-​reviżjoni li se ssir ftit ġimgħat wara l-​assemblea.

10 min: Bżonnijiet lokali.

15 min: Dehra Persunali Xierqa. Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Ministry School, paġni 131-3. Ikkunsidra l-​ħames prinċipji msemmijin li jirreferu għall-​ilbies u d-​dehra tagħna. Semmi li aħna bit-​tattika nistgħu nużaw dan il-​materjal biex ngħinu lil studenti tal-​Bibbja ġodda sabiex jifhmu kif għandhom jilbsu b’mod xieraq għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni.

Għanja 215 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Mejju

Għanja 42

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Mejju. Ħabbar l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa għal nhar l-​Erbgħa, 7 taʼ Ġunju, li se tkun festa pubblika.

20 min: Offri l-​ktieb Għalliem f’Ġunju. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġni 3-4 tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005 jew xi preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif toffri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Sakemm jippermetti l-​ħin, stieden lill-​aħwa fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq ir-​riżultati sbieħ li kellhom meta użaw din il-​pubblikazzjoni fis-​servizz jew mal-​familja tagħhom stess.

15 min: “Uri Interess Persunali​—Billi Tkun Grazzjuż.”b

Għanja 9 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Ġunju

Għanja 176

5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex iġibu magħhom in-​noti li ħadu fil-​programm tal-​Jum t’Assemblea Speċjali flimkien mal-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna t’April 2006 għar-​reviżjoni tal-​ġimgħa d-​dieħla.

20 min: “Ibqgħu Stennew lil Ġeħova.”c Għandha tingħata mis-​segretarju tal-​kongregazzjoni. Il-​konvenzjoni f’Malta se tinżamm mit-​8 sa l-​10 taʼ Settembru, 2006, fin-​New Dolmen Hotel, il-​Qawra. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif il-​fatt li tintlibes il-​badge tal-​konvenzjoni l-​ħin kollu fil-​lokalità fejn se tinżamm il-​konvenzjoni jistaʼ jirriżulta f’li tingħata xiehda. Inkuraġġixxi lill-​udjenza biex tieħu vantaġġ minn kull opportunità biex tingħata xiehda informali u biex jiġi rapportat kwalunkwe interess li jinstab fuq il-​formola Please Follow Up (S-43).

20 min: Kif Ikollok Suċċess Meta Tagħmel iż-​Żjajjar Lura. Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru, 2003, paġna 16. Ikkunsidra kull wieħed mis-​sebaʼ suġġerimenti msemmija, u stieden lill-​udjenza tikkummenta kif tistaʼ tapplikahom lokalment. Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi biex jagħmlu ż-​żjajjar lura bil-​mira li jibdew studji tal-​Bibbja maʼ dawk kollha li jaċċettaw il-​letteratura jew li juru interess. Billi tuża waħda mis-​suġġerimenti meħudin mill-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2006 paġna 6, ħejji turija dwar kif jiġi offrut studju tal-​Bibbja meta tagħmel żjara lura.

Għanja 57 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja