LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/06 p. 5
  • Reviżjoni taʼ l-Assemblea tas-Circuit

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reviżjoni taʼ l-Assemblea tas-Circuit
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • L-​EWWEL JUM
  • IT-​TIENI JUM
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 8/06 p. 5

Reviżjoni taʼ l-​Assemblea tas-​Circuit

It-​tema tal-​programm taʼ l-​assemblea tas-​circuit għas-​sena taʼ servizz 2007 hi “Aħżnu Teżori fis-​Sema.” (Mt. 6:20) L-​indokratur li jippresiedi għandu jħejji taħdita inkuraġġanti t’għaxar minuti, ġimgħa jew tnejn qabel l-​assemblea tas-​circuit biex jibni l-​antiċipazzjoni u jħeġġeġ lil kulħadd jattendi ż-​żewġ ġranet. Il-​kelliemi għandu jenfasizza ftit mill-​mistoqsijiet t’hawn taħt u jinkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu n-​noti. Ftit ġimgħat wara l-​assemblea, reviżjoni taʼ l-​ewwel jum tal-​programm li tieħu 15-il minuta għandha tkun fl-​iskeda, segwita minn reviżjoni tat-​tieni jum li tieħu 15-il minuta l-​ġimgħa taʼ wara. Għandhom jiġu kunsidrati l-​mistoqsijiet kollha. Idderieġi l-​attenzjoni taʼ l-​udjenza lejn kif nistgħu napplikaw l-​informazzjoni li ġiet preżentata. Partijiet oħra tal-​Laqgħa tas-​Servizz jistgħu jiġu mqassrin, eliminati, jew mdaħħlin fl-​iskeda darb’oħra biex minflokhom jiġu kunsidrati dawn is-​sessjonijiet speċjali.

L-​EWWEL JUM

1. Għala hu importanti li naħżnu t-​teżori fejn hu xieraq?

2. Ħafna wħud kif qed jiksbu reputazzjoni tajba m’Alla?

3. Minn xiex nistgħu nkunu ċerti jekk nibqgħu nfittxu s-​Saltna l-​ewwel?

4. X’benefiċċji dejjiema jikseb min jibqaʼ leali minkejja l-​oppożizzjoni?

5. X’eżempji juru li Ġeħova jistaʼ jieħu ħsieb lill-​qaddejja tiegħu fi żmien taʼ diffikultajiet ekonomiċi?

6. Kif nistgħu nġeddu lilna nfusna spiritwalment meta nissieltu maʼ limitazzjonijiet fiżiċi?

7. Kif nistgħu nuru li aħna ngħożżu l-​privileġġi u r-​responsabbiltajiet Kristjani tagħna iktar minn dak li toffrilna d-​dinja taʼ Satana?

8. Kif nistgħu nwettqu l-​ministeru Kristjan tagħna minkejja l-​provi u l-​oppożizzjoni?

IT-​TIENI JUM

9. Xi jfisser li tkun “għani m’Alla”? (Lq. 12:21)

10. B’liema ġid nistgħu nonoraw lil Ġeħova, u kif?

11. (a) Kif nistgħu ngħinu lil uliedna jsiru dixxipli? (b) Kif nistgħu nibnu l-​fidi fl-​istudenti tagħna tal-​Bibbja?

12. Meta nieħdu deċiżjonijiet, x’għandu jingħata prijorità?

13. Kif nistgħu nsalvaw “f’jum l-​għadab” taʼ Ġeħova? (Prov. 11:4)

14. X’se jgħinna nevitaw li nkunu lsiera taʼ l-​għana?

15. Għala għandna niċċekkjaw b’mod regulari fejn hu t-​teżor tagħna, u kif nistgħu nagħmlu dan?

16. Liema parir mill-​assemblea tas-​circuit taʼ din is-​sena bi ħsiebek tapplika?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja