LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/07 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Ġunju
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 5/07 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Mejju

Għanja 205

10 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Mejju.

20 min: Nappoġġaw l-​Attività tas-​Saltna Lokalment u Madwar id-​Dinja. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq il-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, kapitlu 12.

15 min: “Hu li Jagħti lQawwa lill-​Għajjien.”a Skond ma jippermetti lħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jaqraw u jikkummentaw fuq l-​iskritturi ċitati.

Għanja 1 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Mejju

Għanja 41

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija.

15 min: Int Tistaʼ Titgħallem Lingwa Oħra! Taħdita bbażata fuq l-​Awake! taʼ Marzu 2007, paġni 10-​12. Enfasizza l-​valur taʼ li wieħed jitgħallem lingwa oħra bl-​iskop li javanza l-​aħbar tajba.

20 min: “Tużaha Int il-​Kelma t’Alla bl-​Aħjar Mod?”b Inkludi xi kummenti mill-​kaxxi f’paġni 143-4 tal-​ktieb Ministry School.

Għanja 202 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Mejju

Għanja 46

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Mejju. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju. Agħmel avviż dwar l-​arranġamenti speċjali tas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​Ħamis, 7 taʼ Ġunju li se tkun festa pubblika.

20 min: Ippreżenta l-​ktieb Hena Fil-​Familja f’Ġunju. Iġbed l-​attenzjoni lejn xi karatteristiki f’waqthom tal-​ktieb u ħejji turija dwar kif jiġi offrut il-​ktieb billi jintużaw preżentazzjonijiet li jistgħu jkunu effettivi fit-​territorju lokali. Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar ir-​riżultati tajbin li kellhom meta użaw din il-​pubblikazzjoni maʼ wħud li jafuhom jew mal-​membri tal-​familja.

15 min: Esperjenzi fis-​Servizz. Irrakkonta xi esperjenzi li ġew gawduti mill-​pijunieri awżiljarji u pubblikaturi oħrajn li ħadmu iebes biex iżidu l-​attività fis-​servizz matul Marzu, April, u Mejju. Ukoll, irrakkonta esperjenzi dwar iż-​żjajjar lura li saru fejn tħallew ir-​rivisti bil-​mira li jinbeda studju tal-​Bibbja. Xi esperjenza jew tnejn li jispikkaw jistgħu jiġu reċtati.

Għanja 21 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Ġunju

Għanja 99

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Għallem lil Uliedek Ifaħħru lil Ġeħova.”c Meta tiddiskuti paragrafu 4, inkludi xi kummenti mill-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 2005, paġna 3.

Għanja 169 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja