LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/08 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Marzu
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 2/08 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Frar

Għanja 168

10 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġerimenti f’paġna 8 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Jannar-Marzu u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu.

15 min: Tistaʼ Taqdi Fejn il-​Bżonn Huwa Akbar? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 2003, paġna 20. Inkludi kummenti mill-​ktieb Organizzati, paġna 111, paragrafu 1, sa paġna 112, paragrafu 1. Intervista fil-​qosor lil xi wħud li marru jaqdu fejn il-​bżonn huwa akbar. Liema sfidi ffaċċjaw u kif irnexxielhom jegħlbuhom? Liema barkiet gawdew?

20 min: Għin lil Uħud Ġodda Jagħmlu Progress Bħala Ministri. Wara introduzzjoni taʼ inqas minn minuta, ikkonduċi diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 2005, paġna 31, billi tuża l-​mistoqsijiet taʼ l-​istudju li huma provduti fl-​artiklu. Wara li tiddiskuti paragrafu 18, ħejji turija li fiha l-​inkwilin iqajjem oġġezzjoni lil pubblikatur ġdid li qed jaħdem maʼ pubblikatur taʼ l-​esperjenza. It-​tweġiba tal-​pubblikatur il-​ġdid m’hijiex effettiva, u l-​inkwilin itemm il-​konversazzjoni. Wara li jitilqu minn ħdejn il-​bieb, il-​pubblikatur taʼ l-​esperjenza jagħti tifħir mill-​qalb lill-​wieħed ġdid għall-​isforz tiegħu, u mbagħad jurih kif jistaʼ juża l-​ktieb Reasoning biex iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni fil-​futur.

Għanja 50

Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Frar

Għanja 17

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna.

10 min: Bżonnijiet lokali.

25 min: “Evidenza taʼ Fidi Soda!”a Trid tingħata mill-​indokratur tas-​servizz. Ikkonkludi b’reviżjoni pożittiva dwar dak li wettqet il-​kongregazzjoni matul is-​sena taʼ servizz li għaddiet.

Għanja 194

Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Frar

Għanja 81

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħtu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Frar. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Uri kif jistaʼ jintuża l-​invit tat-​Tifkira biex jiġi mistieden membru tal-​familja jew ġâr.

20 min: “Niftakru fil-​Fidwa b’Apprezzament.”b Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lill-​udjenza biex tikkummenta dwar l-​iskritturi ċitati.

15 min: Ipprepara biex Toffri r-​Rivisti Kurrenti. Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Wara li ssemmi fil-​qosor x’fihom It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Jannar-Marzu u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu, staqsi lil dawk fl-​udjenza dwar liema artikli għandhom mnejn jolqtu lin-​nies fit-​territorju u għala. Stidinhom isemmu punti speċifiċi fl-​artikli li qed jippjanaw li jużaw fil-​ministeru. Liema mistoqsijiet jistgħu jagħmlu biex jibdew konversazzjoni? Liema skrittura fl-​artiklu tistaʼ tinqara wara li ssir il-​mistoqsija? Billi tuża s-​suġġerimenti taʼ l-​udjenza jew l-​eżempji taʼ preżentazzjonijiet fil-​Ministeru tas-​Saltna, uri kif nistgħu noffru t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Jannar-Marzu, u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu.

Għanja 119

Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Marzu

Għanja 223

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-​punti prinċipali fil-​kaxxa “Tfakkiriet għat-​Tifkira.”

20 min: Tistaʼ Tibda Studju tal-​Bibbja f’Marzu? Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Matul Marzu se noffru l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? bil-​mira li nibdew studji tal-​Bibbja. Irrivedi ftit mill-​aspetti li jispikkaw fil-​ktieb. Iddiskuti kif il-​ktieb jistaʼ jiġi preżentat lil xi ħadd li wera interess meta ħallejnielu invit għat-​Tifkira, meta nerġgħu nżuru lil xi ħadd li nkunu ħallejnielu rivista, jew meta noffruh fil-​ministeru minn bieb għal bieb wara t-​22 taʼ Marzu. (Ara km 8/07 pġ. 3; km 3/06 pġ. 1, par. 3; km 1/06 pġi. 3-6.) Ħejji turija jew tnejn minnhom.

15 min: Nużaw il-​Bibbja Meta Nwieġbu l-​Mistoqsijiet. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Ministry School, paġni 143-4. Inkludi turija qasira taʼ pubblikatur li ssirlu mistoqsija komuni fit-​territorju u li mbagħad juża l-​Bibbja biex iwiġibha.

Għanja 145

[Nota taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja