Avviżi
◼ Frar: Magħqudin Fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru u Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja. Marzu: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz ħabrieki biex tibda studji tal-Bibbja. April u Mejju: Se jiġu offruti kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Se jsir sforz speċjali biex inżuru lin-nies interessati ġodda li attendew it-Tifkira u t-taħdita pubblika speċjali imma li m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-kongregazzjoni. Il-mira taʼ dawn iż-żjajjar għandha tkun li nibdew studju tal-Bibbja fid-dar maʼ dawk li għadhom m’aċċettawx wieħed.
◼ Minħabba li Marzu fih ħames Sibtijiet u Ħdud u tliet festi pubbliċi (id-19, il-21, u l-31 taʼ Marzu), dan ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrivedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat, l-anzjani għandhom jiftiehmu biex jagħtuh l-għajnuna.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira 2008 se tkun intitolata “Min Jikkwalifika biex Jaħkem lill-Umanità?”