Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 taʼ Frar, 2008. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-7 taʼ Jannar sal-25 taʼ Frar, 2008. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. X’jirriżulta jekk iż-żamma tal-ħin ma tingħatax attenzjoni bil-għaqal? [ht pġ. 81 par. 15–pġ. 82 par. 18]
2. Semmi fil-qosor kawża waħda għala l-kelliemi jistaʼ jaqbeż il-ħin. [ht pġ. 83 pari. 21-2]
3. Wieħed kif jistaʼ jiddetermina jekk il-kelliemi rnexxilux iżomm mal-ħin allokat lilu? [ht pġ. 83 pari. 23-4]
4. Kif jistaʼ jkollok żamma tal-ħin xierqa? [ht pġ. 83 par. 25]
5. X’inhuma xi modi prattiċi kif inżommu mal-ħin li jkollna f’taħdita? [ht pġ. 84 pari. 28-9]
INKARIGU NRU. 1
6. Kif qed tintlaħaq l-unità vera fil-qima? [wt pġ. 5 par. 3]
7. Liema tliet fatturi jikkontribwixxu għall-unità? [wt pġi. 10-1 punti 5-7)
8. Għala għandna bżonn nevitaw spirtu taʼ indipendenza? [wt pġ. 12 par. 12]
9. Liema huma l-kwalitajiet prinċipali t’Alla? U liema hi l-iktar waħda li tispikka? [wt pġ. 16 pari. 3, 4]
10. Kif għandna niġu influwenzati mill-fatt li Ġeħova ta lil Ibnu bħala fidwa għalina? [wt pġ. 18 par. 9]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Huwa agħar li tesprimi r-rabja milli żżommha f’qalbek? (Mt. 5:21, 22) [w08 1/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Mattew”]
12. Il-Kristjani kif iżommu ‘għajn sempliċi’? (Mt. 6:22, 23) [w06 10/01 pġ. 29]
13. Liema punt kien qed joħroġ Ġesù bil-mistoqsija li għamel lid-dixxipli tiegħu: “Fhimtuh dan kollu?” (Mt. 13:51, 52) [w08 1/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Mattew”]
14. Ġesù ġeneralment għala kien jordna lil dawk li kien ifejjaq “biex ma jxandruhx”? (Mt. 12:16) [w87 3/15 pġ. 9; cl pġi. 93-4]
15. X’kien il-punt taʼ Ġesù rigward “il-kejl” li bih wieħed ‘jitkejjel’? (Mk. 4:24, 25) [w80 8/15 pġi. 5-6; gt kap. 43]