Noffru t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana
1 “Ikun tassew xieraq li tikseb [it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana]. Hija ħajja u realistika, u lill-qarrej iġġiegħlu jaħseb u jistudja. M’hijiex ix-xogħol taʼ Kritiċi Letterarji, imma taʼ studjużi li jonoraw lil Alla u lill-Kelma Tiegħu.” Hekk qal kummentatur Grieg magħruf. Aħna naqblu miegħu. Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn biex ikollhom l-istess apprezzament għat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana meta noffruha f’Mejju u Ġunju?
2 Xi wħud għandhom mnejn iwieġbu, “Diġà għandi Bibbja. M’għandix bżonn oħra.” L-isfida tagħna hi li ngħinuhom jaraw li t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana m’hijiex sempliċement Bibbja oħra. Hi traduzzjoni letterali, bil-lingwaġġ taʼ llum, li tesprimi b’mod eżatt is-sens tat-test oriġinali. Nistgħu nenfasizzaw dak li hemm fl-appendiċi bħas-suġġett “Ġrajjiet Prinċipali fil-Ħajja taʼ Ġesù” f’paġni 432-439.
3 Madankollu, ftit huma dawk li jaqraw il-Bibbja, aħseb u ara kemm jifhmu l-prinċipji tagħha għall-ħajja taʼ kuljum! Għandhom bżonn ikunu jafu li l-Kelma t’Alla tistaʼ tinfluwenza lil ħajjithom għat-tajjeb u l-fatt li jsegwu l-pariri tagħha dwar l-onestà, il-moralità, u l-ħajja tal-familja jistaʼ jgħinhom ikampaw mal-problemi taʼ llum. Kif jitwettaq dan?
4 Suġġeriment taʼ Preżentazzjoni: “Peress li l-valuri morali taʼ llum qed jitbiddlu b’rata mgħaġġla u peress li l-futur tagħna hu daqshekk inċert, taqbel int li għandna bżonn gwida taʼ min joqgħod fuqha fil-ħajja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Għalkemm hija l-eqdem ktieb, il-Bibbja tagħti pariri prattiċi għall-ħajja taʼ llum u għall-ħajja hienja tal-familja.” Imbagħad aqra t-2 Timotju 3:16, 17. Offri t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana u spjega dwar il-programm tagħna taʼ studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas. Tistaʼ ssib introduzzjonijiet oħrajn li huma adattati f’paġni 2-7 fil-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja.
5 Ejja nuru l-apprezzament tagħna għat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana li hi eċċellenti. Dan nistgħu nagħmluh billi noffruha b’mod żeluż f’Mejju u Ġunju.