LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/08 pp. 4-5
  • Okkażjoni biex Nieklu Ikel Spiritwali u Nifirħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Okkażjoni biex Nieklu Ikel Spiritwali u Nifirħu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Preparat Int Għal Pranzu Spiritwali?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Segwi lill-Kristu Billi Turi d-Dinjità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Ibqgħu Stennew lil Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Konvenzjonijiet Distrettwali—Żmien Għal Qima Ferriħija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 4/08 pp. 4-5

Okkażjoni biex Nieklu Ikel Spiritwali u Nifirħu

1. Ġeħova kif jieħu ħsieb il-​bżonnijiet spiritwali tal-​qaddejja tiegħu?

1 Ġeħova bi mħabba jieħu ħsieb il-​bżonnijiet spiritwali tal-​qaddejja tiegħu. Waqt li d-​dinja in ġenerali hi mġewħa spiritwalment, aħna nieklu tajjeb tabilħaqq. (Is. 65:13, 14 [65:13, NW]) Mod wieħed kif Ġeħova jmantnina spiritwalment hu permezz tal-​konvenzjonijiet distrettwali li jkollna kull sena. Qed tipprepara ruħek biex tattendi s-​sessjonijiet kollha tal-​Konvenzjoni Distrettwali li ġejja bit-​titlu “Gwidati mill-​Ispirtu t’Alla”? Ġie mħejji pranzu taʼ ikel spiritwali bnin u nutrijenti.

2. X’jinvolvi li tippjana minn qabel għall-​konvenzjoni?

2 Ippjana minn Qabel: “Min hu bil-​għaqal jaħsibha tajjeb u jirnexxilu.” (Prov. 21:5) Għalhekk, meta tiffinalizza l-​pjanijiet tiegħek ħalli tkun preżenti għat-​tlett ijiem kollha tal-​konvenzjoni, toqgħodx tittratieni biex titkellem maʼ min iħaddmek jekk ikollok bżonn titolbu l-​leave. Jekk teħtieġ l-​akkomodazzjoni għal-​lejl, għandek kollox irranġat? Trid tippjana wkoll għall-​ikel taʼ nofsinhar sabiex tkun tistaʼ tiekol maʼ ħutek fl-​inħawi tal-​konvenzjoni. Irranġa biex kuljum tasal kmieni biżżejjed għall-​konvenzjoni ħalli ssib fejn toqgħod bil-​qiegħda u tieħu sehem fl-​għanja u t-​talba tal-​ftuħ.

3. Liema tip taʼ lbies għandna nippjanaw li nilbsu?

3 Irridu nkunu ċerti li lbiesna jkun modest u pulit. (1 Tim. 2:9, 10) Il-​konvenzjonijiet distrettwali jipprovdulna opportunità eċċellenti biex nagħtu xiehda lill-​komunità. Billi nilbsu b’mod li juri rispett meta nkunu fl-​inħawi tal-​konvenzjoni u billi nilbsu l-​badges tal-​konvenzjoni, inkunu nidhru differenti minn dawk li ma jemmnux bħalna u nagħtu impressjoni tajba lil dawk li josservawna.

4. X’se jgħin lilna u lill-​familji tagħna nibbenefikaw l-​iktar mill-​programm?

4 Agħti Widen bir-​Reqqa: Żgur li ma rridux nimmissjaw xi gidma servuta f’dan il-​pranzu spiritwali! (Prov. 22:17, 18) Jekk insegwu fil-​Bibbja tagħna meta jinqraw l-​iskritturi u nieħdu noti qosra niġu megħjunin biex inżommu moħħna fuq il-​programm u nevitaw li niġu mfixklin. Imbagħad fil-​għaxija nistgħu nużaw in-​noti tagħna biex niddiskutu m’oħrajn punti interessanti mill-​programm. Fi snin reċenti ġie osservat li xi żgħażagħ joqogħdu bil-​qiegħda flimkien fil-​konvenzjoni u jitkellmu waqt il-​programm jew joqogħdu jibagħtu l-​messaġġi fuq il-​mobiles tagħhom. Jekk għandna t-​tfal, inkluż l-​adoloxxenti, ikun taʼ vantaġġ għalina li noqogħdu bil-​qiegħda flimkien u nisimgħu l-​programm bħala familja minflok ma nħallu l-​adoloxxenti tagħna joqogħdu bil-​qiegħda xi mkien ieħor maʼ żgħażagħ oħrajn.

5. Kif nistgħu ngawduha iktar il-​konvenzjoni?

5 Gawdi s-​Sħubija: Ikla bnina tieħu gost biha iktar meta taqsamha mal-​ħbieb. (Prov. 15:17) B’mod simili, minħabba s-​sħubija maʼ ħutna aħna ngawduha iktar il-​konvenzjoni. Għalhekk, meta ma jkunx għaddej il-​programm, kemm hu pjaċevoli li nieħdu l-​inizjattiva biex niltaqgħu maʼ delegati oħrajn u ngawdu s-​sħubija! (Salm 133:1) Meta ċ-​chairman b’qalb tajba jistidinna biex nieħdu postna qabel tibda l-​mużika, għandna ntemmu l-​konversazzjonijiet tagħna u npoġġu bil-​qiegħda waqt li nistennew li jibda l-​programm.

6. Irrakkonta esperjenza persunali li turi kif nistgħu nagħtu xiehda lin-​nies fl-​inħawi tal-​konvenzjoni.

6 Uża Kull Opportunità biex Tagħti Xiehda: Il-​konvenzjonijiet ġeneralment jipprovdu opportunitajiet eċċellenti biex nagħtu xiehda. Il-​waiters u oħrajn jistaqsu lil ħafna mid-​delegati tal-​konvenzjoni, li jmorru jieklu fir-​restoranti wara l-​programm, dwar it-​tema li tidher fuq il-​badge tal-​konvenzjoni. Dan wassal għal konversazzjonijiet u xiehda mill-​aqwa dwar il-​verità. Xi wħud minn dawk li staqsew ġew mistidnin għal sessjoni tal-​konvenzjoni u attendew.

7. Għala għandna nattendu l-​konvenzjoni distrettwali li ġejja?

7 Il-​programm, it-​tħejjija tal-​faċilitajiet, l-​organizzar tad-​dipartimenti tal-​konvenzjoni, u t-​tħejjija tat-​taħditiet ħadu eluf taʼ sigħat. Ix-​xogħol kollu mqanqal mill-​imħabba li ġie dedikat biex titħejja din il-​festa spiritwali jindika kemm Ġeħova jieħu ħsieb il-​poplu tiegħu b’mod teneru. Jalla lkoll kemm aħna nkunu preżenti u nieklu bil-​qalb! Hekk kif nagħmlu dan, kuntrarju għad-​dinja, aħna se ‘ngħannu bl-​hena taʼ qalbna.’—Is. 65:14.

[Kaxxa f’paġna 4]

Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali

◼ Ħinijiet tal-​Programm: Il-​programm se jibda fid–9:20 a.m. fit-​tlett ijiem kollha. Il-​bibien se jinfetħu fit-​8.00 a.m. Meta tibda l-​mużika, ilkoll kemm aħna għandna nsibu postna sabiex il-​programm ikun jistaʼ jibda bid-​dinjità. Il-​Ġimgħa u s-​Sibt il-​programm se jispiċċa fil-​4.55 p.m., u l-​Ħadd fl-​4:00 p.m.

◼ Postijiet: Il-​postijiet jistgħu jintrefgħu biss għal dawk li jivvjaġġaw miegħek fl-​istess karozza jew jgħixu miegħek fl-​istess dar.

◼ Donazzjonijiet: Nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna għall-​arranġamenti tal-​konvenzjoni billi nagħtu kontribuzzjonijiet volontarji għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja fis-​Sala tas-​Saltna tagħna jew fil-​konvenzjoni. Kwalunkwe ċekk li jingħata b’kontribuzzjoni fil-​konvenzjoni għandu jintgħamel pagabbli lil “International Bible Students Association (Malta).”

◼ Aċċidenti u Emerġenzi: Jekk tinqalaʼ xi emerġenza medika fil-​post tal-​konvenzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil attendant fil-​qrib, li se javża mill-​ewwel lid-​Dipartiment taʼ l-​Ewwel Għajnuna sabiex dawk fostna li huma kwalifikati biex jagħtu l-​ewwel għajnuna jkunu jistgħu jiddeċiedu kemm hi gravi s-​sitwazzjoni u jagħtu l-​assistenza tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn, dawk li jagħtu l-​ewwel għajnuna se jċemplu 112.

◼ Puxċers: Il-​puxċers m’għandhomx jinġiebu fil-​post tal-​konvenzjoni. Madankollu, jistgħu jinġiebu siġġijiet tat-​tfal li jipprovdu sigurtà (child-safety seats) u li għandhom jitpoġġew fis-​sod u b’attenzjoni fuq siġġu ħdejn il-​ġenituri.

◼ Fwejjaħ: Ħafna konvenzjonijiet issa qed isiru f’postijiet magħluqin fejn niddependu minn ventilazzjoni mekkanika. Għalhekk, inkunu qed nuru qalb tajba min-​naħa tagħna jekk nillimitaw l-​użu taʼ fwejjaħ qawwijin li jistgħu jikkaġunaw irritazzjoni lil dawk li jbatu bi problemi respiratorji jew problemi relatati.—1 Kor. 10:24.

◼ Formoli Follow-Up: Formola Please Follow Up (S-43) għandha tintuża biex tiġi provduta informazzjoni dwar kulmin juri interess minħabba li nagħtuh xiehda informali matul il-​konvenzjoni. Il-​pubblikaturi għandhom iġibu formola jew tnejn tal-​follow-up meta jmorru l-​konvenzjoni. Il-​formoli mimlijin jistgħu jingħataw lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni tiegħek wara l-​konvenzjoni.—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 2005, pġ. 6.

◼ Restoranti: Onora isem Ġeħova bl-​imġiba mill-​aqwa tiegħek fir-​restoranti. F’Malta normalment jitħallew tips taʼ 15 fil-​mija, jiddependi mis-​servizz.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja