LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/09 p. 1
  • Kun Preparat Sew għat-Tifkira

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Preparat Sew għat-Tifkira
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Tfakkiriet għat-Tifkira
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Tfakkiriet għat-Tifkira
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Tfakkiriet għat-Tifkira
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Tfakkiriet għat-Tifkira
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 3/09 p. 1

Kun Preparat Sew għat-​Tifkira

Kemm hu taʼ ferħ u privileġġ għas-​segwaċi taʼ Ġesù li jippreparaw sew għal-​lejla meta nfakkru l-​mewt taʼ Ġesù Kristu! (Lq. 22:19) Liema affarijiet prattiċi għandna nagħmlu biex nippreparaw għat-​Tifkira?

◼ Il-​Ħin u l-​Post: Kulħadd għandu jifhem ċar il-​ħin u l-​post eżatt fejn se ssir it-​Tifkira. Jekk iktar minn kongregazzjoni waħda tkun se tuża tiltaqaʼ fis-​Sala tas-​Saltna, huwa importanti li naslu fil-​ħin u nitilqu bl-​ordni, ladarba l-​ħin bejn laqgħa u oħra huwa limitat. Huwa importanti li jiġi evitat iffollar bla bżonn fl-​intrata, fit-​taraġ, fuq il-​bankini, u fil-​post taʼ l-​ipparkjar.

◼ Inviti: Għandhom il-​pubblikaturi kollha l-​provvista tagħhom taʼ l-​inviti, u jafu xi jgħid? Ipprattikajt int kif se tippreżenta dan l-​invit? Lil min se tagħti invit? Għandu jsir sforz biex jitqassmu l-​inviti kollha.

◼ Trasport: Xi wħud interessati kif ukoll għadd t’aħwa għandhom mnejn ikollhom bżonn trasport jew xi għajnuna oħra. Liema arranġamenti saru biex tingħata attenzjoni lill-​bżonnijiet tagħhom?

◼ L-​Emblemi: Kunu ċerti li l-​emblemi ma jitqassmux qabel inżul ix-​xemx. Għandhom isiru arranġamenti biex xi ħadd iservi lil dawk l-​uħud mill-​midlukin li huma morda u li ma jistgħux ikunu preżenti. Għandu jinkiseb u jitlesta t-​tip xieraq taʼ ħobż u nbid.—Ara t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Frar, 2003, paġni 14-15, paragrafi 14, 17.

◼ Is-​Sala tas-​Saltna: Is-​sala għandha titnaddaf sew minn qabel. Platti, tazzi taʼ l-​inbid, kif ukoll mejda u tvalja adattati għandhom jinġiebu fis-​sala u jitpoġġew f’posthom minn qabel. Jekk jintuża post ieħor għal-​laqgħa, kunu ċerti li jkun hemm sistema tas-​sawnd adattata sabiex kulħadd fl-​udjenza jkun jistaʼ jismaʼ lill-​kelliemi. L-​attendants u dawk li jservu għandhom jintgħażlu u jingħataw istruzzjonijiet bil-​quddiem rigward l-​inkarigi tagħhom, il-​proċedura xierqa li trid tiġi segwita, u dwar il-​bżonn taʼ lbies u dehra rispettabbli.

F’din l-​okkażjoni li hi l-​iktar importanti, it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù Kristu, aħna rridu nkunu preparati sew individwalment u bħala kongregazzjoni. Ċertament li l-​barkiet għonja taʼ Ġeħova se jkunu fuq dawk kollha li juru apprezzament mill-​qalb għal dak kollu li pprovda Ġeħova għall-​umanità permezz tas-​sagrifiċċju taʼ Ibnu l-​maħbub, Ġesù Kristu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja