Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 13 t’Awwissu
ĠIMGĦA LI TIBDA 13 T’AWWISSU
Għanja 63 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
bt kap. 25 ¶1-7, kaxxi f’pp. 199-200 (25 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Eżekjel 28-31 (10 min.)
Nru. 1: Eżekjel 28:17-26 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Ifred il-Ħrejjef mill-Fatti Dwar Ġesù Kristu (5 min.)
Nru. 3: L-Għoti taʼ Xhieda Jeħlisna mill-Ħtija tad-Demm—td 14Ċ (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi.
10 min: Qiegħed il-Pedament Għal Żjajjar Lura. Diskussjoni bbażata fuq il-mistoqsijiet li ġejjin: (1) Għala hu taʼ benefiċċju li nqiegħdu l-pedament għal żjara lura fl-ewwel żjara, u kif nistgħu nagħmlu dan? (2) Kif nistgħu nagħżlu mistoqsija li tqajjem l-interess tal-inkwilin biex inwiġbuha fiż-żjara lura? (3) Għala jkun tajjeb li tiftiehem fuq ħin fiss għad-diskussjoni li jkun imiss u, jekk inhu possibbli, tikseb in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-e-mail tal-inkwilin? (4) Għala għandna mmorru lura mill-iktar fis, forsi wara ftit ġranet? (5) Liema informazzjoni għandna nniżżlu wara l-ewwel żjara?
10 min: Intervista qaddej full-time jew tnejn. X’għenhom jiddeċiedu li jibdew jaqdu fis-servizz full-time? Liema sfidi kellhom jiffaċċjaw sabiex jibqgħu jaqdu fis-servizz full-time, u x’għenhom ikomplu? Liema barkiet gawdew? Inkuraġġixxi lill-pubblikaturi jikkunsidraw ix-xogħol taʼ pijunier regulari għas-sena taʼ servizz li ġejja.
10 min: “Ħares lill-Kuxjenza Tiegħek.” Mistoqsija u Tweġiba. Jekk inhi disponibbli, ħabbar id-data tal-jum t’assemblea speċjali.
Għanja 65 u Talba