Aġġustamenti fil-Laqgħa taʼ Matul il-Ġimgħa
B’seħħ mill-ġimgħa li tibda fit-3 taʼ Settembru, l-Istudju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni se jitwal minn 25 minuta għal nofs siegħa. Fil-kummenti tiegħu bħala introduzzjoni, dak li jikkonduċi għandu jieħu minuta biex jirrivedi l-lezzjoni taʼ qabel. Il-ħin tal-Laqgħa tas-Servizz se jiġi aġġustat ukoll minn 35 minuta għal nofs siegħa. Mhux se jkun hemm iktar parti separata għall-avviżi. Minflok, kwalunkwe avviż għandu jingħata fil-bidu tal-ewwel parti fl-iskeda. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, ftit avviżi, jekk ikun hemm, se jkunu neċessarji, u ma jkunx hemm għalfejn jitħabbar x’se jiġi preżentat fil-laqgħa. M’għandhomx isiru avviżi rigward is-servizz tal-għalqa, l-iskedi tat-tindif, u t-tislijiet. (km 10/08 p. 1, para. 4) Jekk ikun se jsir xi avviż li jieħu fit-tul, ikun taʼ għajnuna jekk dawk li jkunu se jieħdu sehem fil-laqgħa jsiru jafu minn qabel sabiex b’hekk iqassru l-parti tagħhom.