Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati matul il-ġimgħa li tibda fis-27 t’Awwissu, 2012. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola.
1. Il-viżjoni t’Eżekjel rigward Ġuda apostata xi ffigurat bil-quddiem, u x’lezzjoni importanti tgħallimna? (Eżek. 8:15-17) [2 taʼ Lul., w07 7/1 p. 13 para. 6; w93 4/15 pp. 13-15 para. 7, 12]
2. Il-biċċa l-kbira mill-mexxejja reliġjużi kif jimitaw lill-profeti foloz taʼ żmien Eżekjel? (Eżek. 13:3, 7) [9 taʼ Lul., w99 10/1 pp. 13-14 para. 14-15]
3. Fil-profezija mniżżla f’Eżekjel 17:22-24, min hi l-“waħda tarija,” x’inhi l-“muntanja għolja” fejn se titħawwel, u b’liema mod se ssir ‘ċedru maestuż’? [16 taʼ Lul., w07 7/1 p. 12 para. 6]
4. Skont il-qawl imsemmi f’Eżekjel 18:2, in-nies li kienu fl-eżilju maʼ Eżekjel f’min waħħlu għat-tbatija tagħhom, u liema lezzjoni taʼ valur nistgħu nisiltu minn dan ir-rakkont? [23 taʼ Lul., w89 1/1 p. 18 para. 10]
5. Il-ġrajja mniżżla f’Eżekjel 21:18-22, kif turi li la l-bnedmin u lanqas id-demonji ma jistgħu jbiddlu l-iskop taʼ Ġeħova? [30 taʼ Lul., w07 7/1 p. 14 para. 4]
6. Bħalma hu mniżżel f’Eżekjel 24:6, 11, 12, is-sadid tal-borma x’jirrappreżenta, u xi prinċipju nsibu f’vers 14? [6 t’Aww., w07 7/1 p. 14 para. 2]
7. Il-profezija kontra l-belt taʼ Tir, kif twettqet? [6 t’Aww., w08 1/1 p. 23 para. 1]
8. Skont Eżekjel 28:2, 12-17, liema xebh hemm bejn is-“sultan taʼ Tir” u t-traditur oriġinali, Satana? [13 t’Aww., w05 10/15 pp. 23-24 para. 10-14]
9. L-Eġittu meta sar art abbandunata għal 40 sena, u x’bażi għandna biex nemmnu li dan seħħ veru? (Eżek. 29:8-12) [13 t’Aww., w07 8/1 p. 8 para. 5]
10. Eżekjel kif ittratta mal-indifferenza, it-twaqqigħ għaċ-ċajt, u n-nuqqas taʼ respons, u Ġeħova x’assiguranza tah? (Eżek. 33:31-33) [20 t’Aww., w91 6/15 p. 15 para. 16-17]