LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/12 p. 2
  • Iżżommx Lura —Tħossokx li M’Intix Kapaċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iżżommx Lura —Tħossokx li M’Intix Kapaċi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Tgħallem lin-Nies Isiru Dixxipli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Int Tistaʼ Tkun Għalliem!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sib il-Ferħ fix-Xogħol taʼ li Tagħmel Dixxipli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Agħmilha l-Mira Tiegħek li Tikkonduċi Studju tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 11/12 p. 2

Iżżommx Lura —Tħossokx li M’Intix Kapaċi

1. Xi wħud għala jżommu lura milli joffru studju tal-​Bibbja?

1 Iżżomm lura int milli toffri studju tal-​Bibbja għax ma tħossokx kunfidenti bl-​abbiltà tiegħek biex tikkonduċih b’mod effettiv? Xi drabi, qaddejja leali tal-​passat, bħalma kienu Mosè u Ġeremija, ma ħassewhomx kwalifikati għall-​inkarigi tagħhom. (Eżo. 3:10, 11; 4:10; Ġer. 1:4-​6) Ħafna jħossuhom bl-​istess mod. Wieħed kif jistaʼ jegħleb dawn is-​sentimenti?

2. Għala m’għandniex inkunu kuntenti li nillimitaw il-​ministeru tagħna għax-​xogħol tal-​ippritkar minn dar għal dar biss filwaqt li nħallu l-​istudji tal-​Bibbja għal ħaddieħor?

2 Irridu niftakru li Ġeħova qatt ma jitlobna nagħmlu xi ħaġa li ma nkunux kapaċi nagħmluha. (Salm 103:14) Mela l-​inkarigu tagħna biex ‘nagħmlu dixxipli’ u ‘ngħallmuhom’ huwa wieħed li nistgħu nwettqu. (Mt. 28:19, 20) Mhuwiex privileġġ li Ġeħova ta biss lil dawk li huma l-​iktar tal-​esperjenza jew li huma l-​iktar kapaċi fostna. (1 Kor. 1:26, 27) Għalhekk, m’għandniex inkunu kuntenti li nillimitaw il-​ministeru tagħna għax-​xogħol tal-​ippritkar minn dar għal dar biss u nħallu l-​istudji tal-​Bibbja għal ħaddieħor.

3. Ġeħova kif ikkwalifikana biex nikkonduċu studji tal-​Bibbja?

3 Ġeħova Jikkwalifikana: Il-​kwalifiki tagħna biex nagħmlu dixxipli jiġu minn Ġeħova. (2 Kor. 3:5) Permezz tal-​organizzazzjoni tiegħu, hu għallimna veritajiet Bibliċi li saħansitra lanqas l-​iktar nies taʼ skola fid-​dinja ma jafuhom. (1 Kor. 2:7, 8) Hu għamel ċert li jinkitbu l-​metodi taʼ tagħlim tal-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù, biex aħna nimitawhom, u hu jagħtina taħriġ kontinwu permezz tal-​kongregazzjoni. Iktar minn hekk, Ġeħova tana l-​materjal li neħtieġu biex ngħallmu l-​Bibbja. Hu pprovda għodod, bħalma hu l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?, li jgħallmu l-​verità b’mod loġiku u faċli biex tifhimhom. Li tikkonduċi studju tal-​Bibbja jistaʼ jkun inqas taʼ sfida milli naħsbu.

4. Għala nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova se jgħinna?

4 Mosè u Ġeremija kienu kapaċi jwettqu l-​inkarigi tagħhom bl-​għajnuna taʼ Ġeħova. (Eżo. 4:11, 12; Ġer. 1:7, 8) Anki aħna nistgħu nitolbu l-​għajnuna taʼ Ġeħova. Wara kollox, meta nikkonduċu studju tal-​Bibbja, aħna nkunu qed ngħallmu lil xi ħadd il-​verità dwar Ġeħova, u dan jogħġob ħafna lil Alla. (1 Ġw. 3:22) Għalhekk, agħmilha mira tiegħek li tikkonduċi studju tal-​Bibbja, aspett mill-​iktar pjaċevoli u premjanti tal-​ministeru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja