Skeda għall-ġimgħa li tibda fis-7 t’April
ĠIMGĦA LI TIBDA FIS-7 T’APRIL
Għanja 15 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 5 ¶9-17 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Eżodu 7-10 (10 min.)
Nru. 1: Eżodu 9:20-35 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Ġesù għala ġie fuq l-art?—fg lezzjoni 4, mistoqsija 2 (5 min.)
Nru. 3: Abraham—Uri fidi fl-affarijiet li ma jidhrux—w01 8/15 p. 28 ¶11-14 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Offru r-rivisti matul April. Diskussjoni. Ibda billi tħejji żewġ turijiet li juru kif tistaʼ toffri r-rivisti billi tuża ż-żewġ eżempji taʼ preżentazzjonijiet li jidhru f’din il-paġna. Imbagħad analizza l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet mill-bidu sal-aħħar. Ikkonkludi billi fil-qosor tħeġġeġ lil kulħadd biex isir midħla sew tar-rivisti u b’entużjażmu jieħu sehem f’li joffrihom.
10 min: Tinsewx l-ospitalità. (Ebr. 13:1, 2) Taħdita minn anzjan. Irrivedi l-arranġamenti lokali għat-Tifkira. Issuġġerixxi modi li bihom ilkoll kemm aħna nistgħu nuru l-ospitalità mal-viżitaturi u mal-pubblikaturi inattivi li se jkunu fl-attendenza. Ħejji turija qasira maqsuma f’żewġ partijiet. F’parti minnha l-pubblikatur ikun qed jagħti merħba qabel it-Tifkira lil xi ħadd li rċieva invit matul il-kampanja. Imbagħad, fil-parti l-oħra, wara t-Tifkira, il-pubblikatur qed jagħmel arranġamenti biex jerġaʼ jżur lill-individwu biex ikompli jqanqallu l-interess.
10 min: Kif morna? Diskussjoni. Stieden lill-pubblikaturi biex jikkummentaw fuq kif ibbenefikaw milli japplikaw punti mill-artiklu “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Kif nistgħu nwieġbu għal risposti intenzjonati li jwaqqfu l-konversazzjoni.” Saqsi lill-udjenza jirrakkontaw esperjenzi li kellhom.
Għanja 20 u Talba