Skeda għall-ġimgħa li tibda fil-11 t’Awwissu
ĠIMGĦA LI TIBDA FIL-11 T’AWWISSU
Għanja 71 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 11 ¶9-16 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Numri 7-9 (10 min.)
Nru. 1: Numri 9:9-23 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Min se jaħkem ma’ Ġesù?—fg lezzjoni 7, mistoqsija 3 (5 min.)
Nru. 3: Barżillaj—Bniedem li kien konxju tal-limitazzjonijiet tiegħu—w07 7/15 pp. 13-15 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
5 min: “1914-2014: Mitt sena ta’tmexxija tas-Saltna!” Diskussjoni. Qabbad lil xi ħadd jaqra l-paragrafu li hemm fin-naħa ta’ fuq ta’ din il-paġna. L-artikli li għandna fil-Laqgħa tas-Servizz dan ix-xahar se jenfasizzaw is-Saltna. Irrivedi l-arranġamenti lokali għas-servizz tal-għalqa.
10 min: “Uża l-fuljett il-ġdid tal-Websajt.” Iddiskuti dak li fih il-fuljett. Ħejji turija li fiha pubblikatur joffri l-fuljett u mbagħad juża l-mowbajl jew it-tablet tiegħu biex juri lill-persuna l-Websajt jw.org/mt.
15 min: “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—B’wiċċna minn quddiem nitkellmu favur is-Saltna.” Diskussjoni. Qabbad lil żewġ pubblikaturi jagħmlu turija ta’ din is-sitwazzjoni: Il-pubblikatur qiegħed jistenna biex iħallas għal xi affarijiet ġo ħanut. Ta’ ħdejh iħares lejn gazzetta, u jgħid: “Din id-dinja mħawda waħda u sew! Kulħadd bl-idea tiegħu, imma l-affarijiet dejjem sejrin għall-agħar.” Il-pubblikatur jitkellem bejnu u bejn ruħu, ‘Ta’ min jgħid xi ħaġa. Irrid inkellmu dwar is-Saltna!’ Il-pubblikatur jgħid: “Vera—dejjem xi aħbar ħażina. Imma jimporta jekk inħallilek dan il-fuljett? Il-Websajt li l-fuljett jitkellem dwarha tassew għenitni nsib it-tweġibiet għal ħafna mill-mistoqsijiet importanti tal-ħajja.” Il-pubblikatur jenfasizza punt mill-fuljett, u l-individwu l-ieħor juri li hu interessat.
Għanja 92 u Talba