Skeda għall-ġimgħa li tibda fit-12 taʼ Jannar
ĠIMGĦA LI TIBDA FIT-12 TAʼ JANNAR
Għanja 114 u Talba
cl kap. 18 ¶20-24, kaxxa f’p. 188 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġożwè 21-24 (8 min.)
Nru. 1: Ġożwè 24:14-21 (3 min. jew inqas)
Nru. 2: Elija—Tema: Ġeħova jirrikjedi devozzjoni esklużiva—ia kap. 10, ¶9-11 (5 min.)
Nru. 3: Il-Kristjani veri għandhom imħabba li tispikka għal xulxin—fg lezzjoni 10, mistoqsija 3, il-ħames punt (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
Tema tax-Xahar: ‘Tjassar għall-Mulej bl-akbar umiltà.’—Atti 20:19.
10 min: Tjassar għall-Mulej bl-akbar umiltà. Diskussjoni. Aqra Atti 20:19. Imbagħad stieden lill-udjenza jikkummentaw dwar il-mistoqsijiet li ġejjin: (1) Il-verb “nitjassar” x’jimplika? (2) X’inhuma xi modi kif nistgħu nitjassru għall-Mulej? (3) X’inhi l-umiltà? (4) L-umiltà kif tgħinna nwettqu l-ministeru tagħna?
20 min: “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwieġbu lil inkwilin irritat.” Diskussjoni. Wara li tiddiskuti l-artiklu, ħejji turija qasira u realistika maqsuma f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti, il-pubblikatur ma jwiġibx tajjeb meta jiltaqaʼ maʼ inkwilin irritat. Fit-tieni parti, il-pubblikatur iwieġeb iktar bis-sengħa. Ħeġġeġ lil kulħadd biex isegwi s-suġġerimenti taħt is-sottitlu “Ipprova dan matul ix-xahar.”
Għanja 76 u Talba