LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb17 April p. 6
  • L-​għanjiet tas-​Saltna jagħtu l-​kuraġġ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​għanjiet tas-​Saltna jagħtu l-​kuraġġ
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Materjal Simili
  • Faħħar lil Ġeħova mill-qalb bil-kant
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Idea Biex Tistudja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Għanjiet ġodda għall-qima!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Int Lest Biex Tgħanni lil Ġeħova fil-Laqgħat Tagħna?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
mwb17 April p. 6

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-​għanjiet tas-​Saltna jagħtu l-​kuraġġ

Ħuna Erich Frost bilqiegħda mal-pjanu

Pawlu u Sila faħħru lil Alla bil-​kant waqt li kienu l-​ħabs. (At 16:25) Fi żminijiet moderni, sħabna fit-​twemmin kantaw għanjiet tas-​Saltna waqt li kienu fil-​kamp tal-​konċentrament taʼ Sachsenhausen fil-​Ġermanja Nazista u waqt li kienu fl-​eżilju fis-​Siberja. Dawn l-​eżempji juru kemm l-​għanjiet għandhom qawwa biex jagħtu l-​kuraġġ lill-​Kristjani li jkunu qed jiffaċċjaw provi.

Dalwaqt, ħafna iktar lingwi se jkollhom il-​ktieb tal-​għanjiet il-​ġdid li bl-​Ingliż għandu t-​titlu “Sing Out Joyfully” to Jehovah. Meta jkollna l-​ktieb bil-​Malti, nistgħu nipprovaw nifhmu u niftakru l-​kliem billi nipprattikawh matul il-​qima bħala familja. (Ef 5:19) Imbagħad, l-​ispirtu qaddis se jgħinna niftakru l-​għanjiet meta jkollna l-​provi. L-​għanjiet tas-​Saltna jistgħu jgħinuna niffokaw fuq it-​tama tagħna. Dawn jistgħu jinkuraġġuna meta niffaċċjaw il-​provi. Anki meta ma jkollniex provi x’niffaċċjaw, il-​kliem mill-​isbaħ tal-​għanjiet jippermettilna nkantaw mill-​qalb għax inkunu qed nirriflettu l-​ferħ tagħna. (1Kr 15:16; Sa 33:1-​3) Ejja nagħmlu użu tajjeb mill-​għanjiet tagħna tas-​Saltna!

ARA L-​VIDJOW GĦANJA LI INKURAĠĠIET LIL ĦADDIEMA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Liema ċirkustanzi wasslu lil Ħuna Frost biex jikkomponi għanja?

  • L-​għanja kif tat kuraġġ lill-​aħwa li kienu fil-​kamp tal-​konċentrament taʼ Sachsenhausen?

  • Fil-​ħajja taʼ kuljum, kif jistgħu jsaħħuk l-​għanjiet tas-​Saltna?

  • Liema għanjiet tas-​Saltna tixtieq titgħallem bl-​amment?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja