LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb24 Lulju pp. 8-9
  • 29 taʼ Lulju–4 t’Awwissu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 29 taʼ Lulju–4 t’Awwissu
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2024
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2024
mwb24 Lulju pp. 8-9

29 TAʼ LULJU–4 T’AWWISSU

SALM 69

Għanja 13 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

Ġesù jkeċċi lil dawk li qed ibigħu u jixtru u anki l-annimali tagħhom barra mit-tempju.

1. Dak li Għadda Minnu Ġesù Kien Profetizzat f’​Salm 69

(10 min.)

In-nies kienu jobogħdu lil Ġesù għalxejn (Sa 69:4; Ġw 15:​24, 25; w11 8/15 11 ¶17)

Ġesù kien żeluż għall-qima vera (Sa 69:9; Ġw 2:​13-17; w10 12/15 8 ¶7-8)

Ġesù kellu qalbu maqsuma u offrewlu l-inbid imħallat b’xi ħaġa morra (Sa 69:​20, 21; Mt 27:34; Lq 22:44; Ġw 19:34; g95 10/22 31 ¶4; it-2 650)


AĦSEB FTIT: Ġeħova għala ried li jinkitbu l-profeziji dwar il-Messija fl-Iskrittura Ebrajka?

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 69:​30, 31—Dawn il-versi kif jgħinuna nitolbu aħjar? (w99 1/15 18 ¶11)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

(4 min.) Sa 69:​1-25 (th studju 2)

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Kun Paċenzjuż—Dak li Għamel Ġesù

(7 min.) Diskussjoni. Uri l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti lmd lezzjoni 8 punti 1-2.

5. Kun Paċenzjuż—Imita lil Ġesù

(8 min.) Diskussjoni fuq lmd lezzjoni 8 punti 3-5 u “Ara Wkoll.”

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 134

6. Bżonnijiet Lokali

(5 min.)

7. Pariri t’Għajnuna għall-Qima Bħala Familja

(10 min.) Diskussjoni.

Grupp taʼ stampi: 1. Missier qed jipprepara minn qabel għall-qima bħala familja. 2. Iktar tard, il-missier qed jagħmel il-qima bħala familja mal-mara u t-tliet t’ibniet tiegħu.

F’Jannar tal-2009, l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni ma baqax isir għalih waħdu imma beda jsir fil-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa. B’hekk, il-familji kellhom iċ-ċans biex darba fil-ġimgħa jagħmlu l-Qima Bħala Familja. Ħafna apprezzaw dan l-arranġament għax għenhom jersqu eqreb taʼ Ġeħova u taʼ xulxin.—Dt 6:​6, 7.

X’jistaʼ jgħin lill-kapijiet tal-familja biex jagħmlu l-Qima Bħala Familja sabiħa u regolari?

  • Agħmilha kull ġimgħa. Jekk jistaʼ jkun, agħmilha fl-istess ħin u ġurnata kull ġimgħa. Kun preparat biex jekk tinqalaʼ xi ħaġa, tkun tistaʼ tagħmel il-Qima Bħala Familja ġurnata oħra

  • Ipprepara. Tkellem mal-mara tiegħek u xi kultant staqsi wkoll lit-tfal għal xi suġġerimenti. Biex tipprepara m’għandekx għalfejn tieħu ħafna ħin, speċjalment jekk il-familja tieħu pjaċir tagħmel affarijiet simili kull ġimgħa

  • Addatta l-istudju għall-familja. Hekk kif it-tfal ikunu qed jikbru, l-affarijiet li jkollhom bżonn se jinbidlu u se jkunu kapaċi jagħmlu affarijiet differenti. Il-Qima Bħala Familja għandha tgħin biex il-familja kollha ssaħħaħ il-ħbiberija tagħha maʼ Ġeħova

  • Ara li l-familja tieħu pjaċir. Xi kultant, tistaʼ tagħmel l-istudju xi mkien ieħor minflok id-dar. Jekk ikun hemm bżonn tiddejjaqx tieħu brejk. Għalkemm hu tajjeb li titkellem fuq l-isfidi li jkunu qed jiffaċċjaw it-tfal, tużax il-Qima Bħala Familja biex tikkritikahom jew tiddixxiplinahom

  • Agħmel affarijiet differenti. Pereżempju, matul l-istudju tistgħu tippreparaw xi ħaġa għal-laqgħa, taraw u tiddiskutu xi vidjow minn fuq jw.org, u tippreparaw xi ħaġa għal fuq is-service. Għalkemm id-diskussjonijiet huma l-iktar ħaġa importanti waqt il-Qima Bħala Familja, matul dan il-ħin il-membri tal-familja jistgħu jagħmlu studju personali

Iddiskuti din il-mistoqsija:

  • Ipprovajt tapplika dawn il-pariri mal-familja tiegħek?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) bt kap. 13 ¶8-16, kaxxa f’p. 105

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 114 u Talba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja