22-28 TAʼ LULJU
SALM 66-68
Għanja 7 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Ġeħova Jġorr it-Toqol Tagħna Kuljum
(10 min.)
Ġeħova jismaʼ t-talb tagħna u jwieġbu (Sa 66:19; w23.05 12 ¶15)
Ġeħova jimpurtah ħafna minn dawk li għandhom sitwazzjoni diffiċli (Sa 68:5; km 11/02 8 ¶1; w10 12/1 23 ¶6)
Ġeħova jgħinna kuljum (Sa 68:19; w23.01 19 ¶17)
AĦSEB FTIT: Kif nistgħu nħallu lil Ġeħova jgħinna?
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Sa 68:18—Fi żmien l-Iżraelin, min kienu l-irġiel li ttieħdu ‘lsiera bħala rigali’? (w06 6/1 10 ¶4)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Sa 66:1-20 (th studju 11)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. L-inkwilin għandu lingwa u kultura differenti minn tiegħek. (lmd lezzjoni 5 punt 3)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Kompli d-diskussjoni fuq il-fuljett li ħallejt id-darba taʼ qabel. (lmd lezzjoni 9 punt 3)
6. Agħmel Dixxipli
Għanja 102
7. Tistaʼ Ttaffi t-Toqol taʼ Xi Ħadd?
(15 min.) Diskussjoni.
L-ebda qaddej taʼ Ġeħova mhu waħdu meta jiffaċċja l-isfidi. (2Kr 20:15; Sa 127:1) Ġeħova dejjem se jgħinna. (Is 41:10) Kif? Hu jiggwidana permezz tal-Kelma tiegħu u l-organizzazzjoni. (Is 48:17) Hu jagħtina l-ispirtu qaddis. (Lq 11:13) Jgħinna wkoll permezz tal-aħwa li jinkuraġġuna u jgħinuna skont il-bżonn. (2Ko 7:6) Dan ifisser li Ġeħova jistaʼ juża lil kull wieħed u waħda minna biex itaffi t-toqol taʼ ħutna.
Uri l-VIDJOW Kompli Uri Mħabba fil-Kongregazzjoni —Lejn Dawk Kbar fl-Età. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
X’tistaʼ tagħmel biex ittaffi t-toqol taʼ xi ħu jew oħt kbira fl-età?
Uri l-VIDJOW Kompli Uri Mħabba fil-Kongregazzjoni —Lejn Dawk li Qegħdin fis-Servizz Full-time. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
X’tistaʼ tagħmel biex ittaffi t-toqol taʼ xi ħadd li qiegħed fis-servizz full-time?
Uri l-VIDJOW Kompli Uri Mħabba fil-Kongregazzjoni —Lejn il-Barranin li Ġew Jgħixu f’Pajjiżek. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
X’tistaʼ tagħmel biex ittaffi t-toqol taʼ xi ħadd li għaddej minn sfida diffiċli?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 13 ¶1-7, introduzzjoni għal sezzjoni 5, u kaxxa f’p. 103