Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
5-11 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 12
Meta Taħdem Iebes Se Tħossok Sodisfatt
w15 2/1 5 ¶4-6
Kif Tgawdi Xogħol Iebes
Ix-xogħol l-iktar li tieħu pjaċir tagħmlu meta tara kif oħrajn jibbenefikaw minnu. Ġesù stess qal: “Se tkunu iktar ferħanin meta tagħtu milli meta tirċievu.” (Atti 20:35) Minbarra dawk li naħdmu magħhom u nies oħrajn, hemm tal-familja u dawk li jkunu fil-bżonn li jibbenefikaw mix-xogħol li nagħmlu.
Membri tal-familja tagħna. Meta kap taʼ familja jaħdem iebes biex jipprovdi għall-membri tal-familja, hu jkun qed jieħu ħsiebhom minn tal-inqas b’żewġ modi. L-ewwel, hu jagħmel ċert li jkollhom l-affarijiet bżonjużi bħall-ikel, ħwejjeġ, u post fejn jgħixu. B’hekk hu jkun qed iwettaq ir-responsabbiltà li tah Alla li ‘jieħu ħsieb il-familja tiegħu stess.’ (1 Timotju 5:8) It-tieni, bl-eżempju tiegħu hu jkun qed juri kemm hu importanti li wieħed jaħdem iebes. Shane jgħid, “Missieri hu eżempju mill-aqwa taʼ xi ħadd onest u li dejjem ħadem iebes. Il-biċċa l-kbira taʼ ħajtu ħadem bħala mastrudaxxa. Mill-eżempju tiegħu jien tgħallimt kemm hu importanti x-xogħol tal-idejn, bħal li tibni affarijiet li nies oħrajn ikunu jistgħu jużaw.”
Dawk fil-bżonn. L-appostlu Pawlu qal lill-Kristjani biex ‘jaħdmu iebes u jagħmlu xogħol onest, ħalli jkollhom xi ħaġa x’jagħtu lil min hu fil-bżonn.’ (Efesin 4:28) Meta naħdmu iebes biex nipprovdu għalina u għall-familja tagħna, se nkunu nistgħu ngħinu wkoll lil dawk li huma fil-bżonn. (Proverbji 3:27) Mela meta naħdmu iebes se nkunu nistgħu nesperjenzaw il-ferħ li jiġi meta nagħtu.
Ġawhar Spiritwali
ijwyp artiklu 95 ¶10-11
Kemm Jien Lest li Naddatta?
● Irid ikollok ħarsa bilanċjata lejn il-problemi tiegħek. Ara d-differenza bejn problemi żgħar u problemi kbar. Il-Bibbja tgħid: “L-iblah mill-ewwel juri li qed jiddejjaq, imma l-għaqli jinjora t-tgħajjir.” (Proverbji 12:16) Tħallix problemi żgħar jikkontrollawlek ħajtek.
“It-tfal l-iskola kienu jgergru u jkabbru l-problemi żgħar li kellhom. Imbagħad meta tfal oħrajn kienu jiktbulhom fuq is-social media, bil-kummenti tagħhom kienu jsibuha iktar diffiċli biex ikollhom ħarsa bilanċjata tal-problemi tagħhom.”—Joanne.
12-18 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 13
Titqarraqx—“Il-Ħażin Hu Bħal Lampa li Se Tintefa”
it-2 196 ¶2-3
Lampa
Tifsir Figurattiv. Il-lampa hi simbolu taʼ dak id-dawl li jgħinna naraw it-triq. Proverbji 13:9 jgħid: “Il-ġust hu bħal lampa li tagħti dawl qawwi, imma l-ħażin hu bħal lampa li se tintefa.” Dan il-proverbju jurina l-kuntrast bejn persuna tajba u oħra ħażina. Id-dawl tat-tajbin ikompli jitqawwa u għalkemm id-dawl tal-ħżiena jidher qawwi u jidhru li qed jirnexxu, Alla se jara li huma jiġu fid-dlam fejn se jitfixklu. Dan se jiġri wkoll lil dawk li jisħtu lil missierhom u lil ommhom.—Pr 20:20.
“Il-ħażin hu bħal lampa li se tintefa” jfisser ukoll li m’għandux futur. Proverbju ieħor jgħid: “Għax il-ħażin m’għandux tama; il-wieħed mill-agħar hu bħal lampa li se tintefa.”—Pr 24:20.
Ġawhar Spiritwali
it-2 276 ¶2
Imħabba
L-imħabba tistaʼ tqarraq bina. Nistgħu nuru mħabba vera billi nimxu skont dak li jgħidilna l-ispirtu t’Alla u dak li tgħid il-Bibbja. Pereżempju, minħabba sentimenti qawwija, l-imħabba taʼ ġenitur tistaʼ tqarraq bih billi jagħti kollox lit-tfal tiegħu u ma jċaħħadhom minn xejn. Hu jaf ukoll ma jagħtix id-dixxiplina meta jkun hemm bżonn. (Pr 22:15) Imma mħabba bħal din hija egoista. Il-Bibbja tgħid li persuna bħal din ma tkunx qed turi mħabba imma mibegħda għax ma tkunx qed tgħin lit-tfal tagħha.—Pr 13:24; 23:13, 14.
19-25 TAʼ MEJJU
Ġawhar Spiritwali
it-2 1094
L-Abbiltà li Wieħed Jaħseb
Proverbji 14:17 jgħid: “Min jaħseb qabel jaġixxi hu mibgħud.” Ħafna drabi, dawk li mhux kapaċi jaħsbu qabel jagħmlu xi ħaġa ma jiħdux pjaċir b’dawk li jkollhom l-abbiltà li jaħsbu. Ukoll, in-nies jobogħdu lil dawk li jipprovaw jaħsbu bħal Ġeħova. Bħalma qal Ġesù: “Imma peress li għażiltkom mid-dinja u m’intomx parti minnha, id-dinja tobgħodkom.” (Ġw 15:19) Il-kliem oriġinali “min jaħseb” fi Proverbji 14:17 jistaʼ jfisser ukoll meta xi ħadd jaħseb b’makakkerija. Għalhekk, dan il-vers jistaʼ jfisser li n-nies jobogħdu lil xi ħadd li jippjana biex jagħmel affarijiet ħżiena. Fil-fatt xi traduzzjonijiet jgħidu: “In-nies jobogħdu raġel li jippjana biex jagħmel affarijiet ħżiena.”—JP, Ro.
2-8 TAʼ ĠUNJU
Ġawhar Spiritwali
it-1 629
Dixxiplina
Ir-Riżultati Meta Tagħti Kas Jew Tinjora. Il-ħżiena, il-boloh, u dawk li jagħmlu affarijiet immorali juru li jobogħdu d-dixxiplina taʼ Ġeħova billi jinjorawha għalkollox. (Sa 50:16, 17; Pr 1:7) Bluha bħal din spiss twassal għal iktar dixxiplina iebsa. Kif jgħid il-proverbju: “Il-boloh jiġu ddixxiplinati minħabba l-affarijiet bla sens li jagħmlu.” (Pr 16:22) L-affarijiet li jagħmlu jistgħu jwassluhom għall-faqar, mistħija, mard, u mewt qabel iż-żmien. Mill-Iżraelin nistgħu naraw kemm jistgħu jkunu kbar il-konsegwenzi. Meta Ġeħova pprova jwissihom u jiddixxiplinahom permezz tal-profeti, huma ma tawx kas. Minkejja li Ġeħova ddixxiplinahom billi ma pproteġihomx u ma berikhomx, huma xorta ma tawx kas. Fl-aħħar huma esperjenzaw dixxiplina ħarxa billi spiċċaw eżiljati.—Ġer 2:30; 5:3; 7:28; 17:23; 32:33; Ħo 7:12-16; 10:10; So 3:2.
16-22 TAʼ ĠUNJU
Ġawhar Spiritwali
it-2 271-272
Ix-Xorti, I
Li jitfgħu x-xorti kienet drawwa antika li kienet tintuża meta riedu jiddeċiedu xi kwistjoni. Dawn kienu jpoġġu ċagħaq, ġebel, jew injam ġol-libsa jew ġo vażun u mbagħad iħawduhom. Taʼ min kienet tkun iċ-ċagħqa li kienu jaqbdu jew li kienet taqaʼ kien ikun il-wieħed li jintgħażel. Max-xorti, bħall-ħalfa, kienet issir talba u n-nies kienu jistennew l-għajnuna taʼ Ġeħova. Ix-xorti (Heb., goh·ralʹ) tistaʼ tfisser “is-sehem” jew “il-kejl.”—Ġoż 15:1; Sa 16:5; 125:3; Is 57:6; Ġer 13:25.
Kif Tintuża. Proverbji 16:33 jgħid: “Bniedem jistaʼ jitfaʼ x-xorti, imma hu Ġeħova li jiddeċiedi xi jkun ir-riżultat.” F’Iżrael kienu jużaw ix-xorti meta kien ikun hemm nuqqas taʼ ftehim: “Li titfaʼ x-xorti jwaqqaf l-argumenti u din tiddeċiedi min għandu raġun fi kwistjoni taʼ żewġ persuni importanti.” (Pr 18:18) Ix-xorti ma kinitx tintuża bħala sports jew biex jintlagħbu l-flus, lanqas biex jiggwadanjaw il-qassisin jew għat-tempju, u lanqas bħala karità. Min-naħa l-oħra bħalma kien ipprofetizzat f’Salm 22:18, is-suldati Rumani tefgħu x-xorti fuq il-ħwejjeġ taʼ Ġesù għall-gwadann egoist tagħhom.—Mt 27:35.
23-29 TAʼ ĠUNJU
Ġawhar Spiritwali
it-1 515
Parir, Kunsillier
Ġeħova hu l-aktar wieħed għaref. Hu l-uniku wieħed li m’għandu bżonn parir mingħand ħadd. (Is 40:13; Rum 11:34) Peress li Ġesù jirċievi u jimxi fuq il-pariri taʼ Missieru, hu “Kunsillier taʼ l-Għaġeb.” (Is 9:6; 11:2; Ġw 5:19, 30) Biex parir ikun taʼ benefiċċju, irridu naraw x’jgħid Ġeħova. Kull parir li jmur kontra dak li jgħid Ġeħova hu bla valur u ma jiswa xejn.—Pr 19:21; 21:30.
30 TAʼ ĠUNJU–6 TAʼ LULJU
Ġawhar Spiritwali
it-2 196 ¶7
Lampa
Skont Proverbji 20:27: “Għal Ġeħova, in-nifs tal-bniedem hu bħal lampa li turi l-partijiet moħbijin tal-qalb.” Dak li tgħid persuna, tajjeb jew ħażin, juri x’tip taʼ persuna hi u x’personalità għandha.—Qabbel At 9:1.