14-20 TAʼ LULJU
PROVERBJI 22
Għanja 79 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Pariri Għaqlin Biex Trabbi lit-Tfal
(10 min.)
Ipprepara lit-tfal għal affarijiet diffiċli fil-ħajja (Pr 22:3; w20.10 27 ¶7)
Ibda għallimhom minn meta jitwieldu (Pr 22:6; fy 53 ¶6)
Iddixxiplinahom bl-imħabba (Pr 22:15; w06 4/1 9 ¶4)
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Pr 22:29—Kif nistgħu napplikaw dan il-proverbju għal dak li nagħmlu fil-kongregazzjoni, u kif nibbenefikaw meta nagħmlu hekk? (w21.08 22 ¶11)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Pr 22:1-19 (th studju 10)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. (lmd lezzjoni 5 punt 4)
5. Ibda Konversazzjoni
(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Għin lill-persuna ssib informazzjoni fuq jw.org li tgħin lill-ġenituri. (lmd lezzjoni 1 punt 4)
6. Taħdita
(5 min.) ijwyp artiklu 100—Tema: X’Nistaʼ Nagħmel Jekk Ma Obdejtx Waħda mir-Regoli tal-Ġenituri? (th studju 20)
Għanja 134
7. Kun Paċenzjuż Imma Tħallix lit-Tfal Jagħmlu li Jridu
(15 min.) Diskussjoni.
Il-ġenituri għandhom bżonn paċenzja kbira biex irabbu lit-tfal. Iridu jtuhom l-attenzjoni u jqattgħu l-ħin magħhom spiss. (Dt 6:6, 7) Biex il-ġenituri jsiru jafu x’hemm f’qalb it-tfal, iridu jsaqsuhom il-mistoqsijiet u jisimgħuhom sew. (Pr 20:5) Il-ġenituri abbli jkollhom jirrepetu ħafna drabi meta jgħidulhom jagħmlu xi ħaġa biex it-tfal jifhmu u jobdu.
Però, ġenituri paċenzjużi ma jħallux lit-tfal jagħmlu li jridu. Ġeħova tahom l-awtorità biex jgħidulhom x’jistgħu u x’ma jistgħux jagħmlu u biex jiddixxiplinawhom jekk ma jobdux.—Pr 6:20; 23:13.
Aqra Efesin 4:31. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Il-ġenituri għala m’għandhomx jiddixxiplinaw lit-tfal meta jkunu rrabjati?
Aqra Galatin 6:7. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Għala hu importanti li l-ġenituri jgħallmu lit-tfal li se jkollhom il-konsegwenzi għal dak li jagħmlu?
Uri l-VIDJOW ‘Bil-Paċenzja, Kompli Ssaporti bl-Imħabba’—Lit-Tfal Tiegħek. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
X’lezzjonijiet tgħallimt mill-vidjow?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb “Ittra mill-Ġemgħa li Tiggverna,” introduzzjoni għall-1 sezzjoni u l-1 lezzjoni