29 TAʼ SETTEMBRU–5 TAʼ OTTUBRU
EKKLEŻJASTI 3-4
Għanja 93 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
Qattgħu ħin flimkien u maʼ Ġeħova
1. Saħħaħ iż-Żwieġ Tiegħek
(10 min.)
Agħmel il-ħin biex tinkuraġġixxi u jkollok konversazzjonijiet importanti mar-raġel jew il-mara tiegħek (Ekk 3:1; ijwhf artiklu 10 ¶2-8)
Agħmlu affarijiet flimkien (Ekk 4:9; w23.05 23-24 ¶12-14)
Agħmlu ċert li tkomplu ssaħħu l-ħbiberija tagħkom maʼ Ġeħova (Ekk 4:12; w23.05 20 ¶3)
STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Meta nqattaʼ żmien twil mingħajr ir-raġel jew il-mara tiegħi forsi anki nsiefer għal xi vaganza waħdi jew insiefer minħabba x-xogħol, kif jistaʼ jaffettwa ż-żwieġ tiegħi?’
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Ekk 3:8—Meta ma jkunx “żmien li tħobb”? (it “Imħabba” ¶39)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Ekk 4:1-16 (th studju 2)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Uża It-Torri tal-Għassa Nru. 1 2025 biex tibda konversazzjoni. Dawwar il-konversazzjoni jekk il-persuna tkun interessata dwar suġġett ieħor. (lmd lezzjoni 2 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri studju tal-Bibbja lil persuna li aċċettat It-Torri tal-Għassa Nru. 1 2025. (lmd lezzjoni 9 punt 4)
6. Taħdita
(5 min.) lmd appendiċi A punt 12—Tema: Alla Hu Ġust. (th studju 19)
Għanja 131
7. Meta Jkollok il-Problemi fiż-Żwieġ, Afda fil-Gwida taʼ Ġeħova
(15 min.) Diskussjoni.
Lill-koppji miżżewġin Ġeħova tagħhom dak li għandhom bżonn biex ikunu ferħanin u jirnexxu fiż-żwieġ tagħhom. Imma kultant xorta se jinqalgħu xi problemi. (1Kor 7:28) Jekk ma jipprovawx isolvu l-problemi tagħhom, mhux se jkunu ferħanin u jistgħu jaħsbu li ż-żwieġ mhux se jitranġa. Xi ngħidu jekk inti għandek il-problemi fiż-żwieġ tiegħek?
Id-drama X’inhi l-imħabba vera? hi storja dwar koppja żagħżugħa li għandhom problemi serji fiż-żwieġ tagħhom. Tiftakar il-parir li l-missier taha lit-tifla meta hi kienet se tieħu deċiżjoni u ma ħasbitx dwar dak li riedha tagħmel Ġeħova?
Uri l-VIDJOW X’inhi l-imħabba vera?—Parti mill-Vidjow. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Għala għandna nistrieħu fuq il-gwida taʼ Ġeħova meta jkollna l-problemi fiż-żwieġ?—Is 48:17; Mt 19:6
Jekk għandek problemi serji fiż-żwieġ, agħmel ċert li tibqaʼ qrib Ġeħova billi titlob, tattendi l-laqgħat, taqra u tistudja l-Bibbja, u tipprietka. Aħdem iebes biex issolvihom billi tuża l-prinċipji tal-Bibbja, u fittex fil-pubblikazzjonijiet tagħna biex tkun taf kif iħossu Ġeħova dwar is-sitwazzjoni u x’jixtieqek tagħmel. Jekk tagħmel hekk, tkun qed turi lil Ġeħova li tridu jgħinek.—Pr 10:22; Is 41:10.
Uri l-VIDJOW Titqarraqx bil-Paċi li Toffri d-Dinja!—Darrel u Deborah Freisinger. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
X’tgħallimt mill-esperjenza taʼ Ħuna u Oħtna Freisinger dwar kif isolvu problemi serji fiż-żwieġ?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb lezzjoni 22, introduzzjoni għal sezzjoni 5, u lezzjoni 23