LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwbr25 Settembru pp. 1-2
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2025
  • Sottitli
  • 8-14 TAʼ SETTEMBRU
  • 15-21 TA’ SETTEMBRU
  • 29 TAʼ SETTEMBRU–5 TAʼ OTTUBRU
  • 13-19 TAʼ OTTUBRU
Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2025
mwbr25 Settembru pp. 1-2

Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna

© 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania

8-14 TAʼ SETTEMBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | PROVERBJI 30

“Tħallinix Inkun Fqir u Lanqas Sinjur”

w11 6/1 10 ¶4

Kif Nistgħu Ma Nonfqux Iktar Milli Jkollna

Faddal qabel tixtri. Għalkemm tidher li hi xi ħaġa antika li tfaddal il-flus qabel tixtri xi ħaġa, din hi l-aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel biex ma jkollokx problemi taʼ dejn. Meta tagħmel hekk, se tevita li tidħol f’dejn bla bżonn u ma jkollokx tħallas interessi għoljin għal dak li tixtri. Il-Bibbja tgħid li n-nemel huma ‘għorrief’ għax ‘jiġbru l-provvisti tal-ikel fi żmien il-ħsad’ biex ikollhom x’jieklu fil-futur.—Proverbji 6:6-8; 30:24, 25.

15-21 TA’ SETTEMBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | PROVERBJI 31

X’Nitgħallmu mill-Parir li Omm Tat lit-Tifel?

w11 2/1 19 ¶7-8

Għallem Valuri Tajbin lit-Tfal

Għallem il-verità kollha dwar is-sess. Li twissi lit-tfal hu importanti. (1 Korintin 6:18; Ġakbu 1:14, 15) Però, il-Bibbja tgħidilna li s-sess huwa rigal minn Alla u mhux nassa taʼ Satana. (Proverbji 5:18, 19; L-Għanja taʼ Salamun 1:2) Li tgħid lit-tfal tiegħek dwar il-perikli li hemm biss, ma tkunx qed tagħtihom stampa ċara dwar kif Ġeħova jqis is-sess. Corrina minn Franza tgħid, “Il-ġenituri tiegħi tant kienu jgħiduli biex noqgħod attenta mill-immoralità sesswali li kont inħares lejn is-sess b’mod negattiv.”

Agħmel ċert li t-tfal tiegħek ikunu jafu l-verità kollha dwar is-sess. Nadia li hi omm mill-Messiku tgħid, “Jien dejjem ipprovajt ngħin lit-tfal tiegħi jifhmu li s-sess hu xi ħaġa sabiħa u naturali, u li Ġeħova tah lill-bnedmin biex igawduh fiż-żwieġ. Is-sess jistaʼ jkun xi ħaġa sabiħa jew xi ħaġa li twassal għall-problemi, jiddependi minn kif nużawh.”

29 TAʼ SETTEMBRU–5 TAʼ OTTUBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EKKLEŻJASTI 3-4

Saħħaħ iż-Żwieġ Tiegħek

ijwhf artiklu 10 ¶2-8

Kif Nużaw it-Teknoloġija b’Mod Tajjeb

● Meta tuża t-teknoloġija b’mod tajjeb jistaʼ jgħin liż-żwieġ tiegħek. Pereżempju, xi koppji miżżewġin jikkomunikaw permezz tal-mobile meta ma jkunux flimkien.

“Xi messaġġ żgħir bħal ‘inħobbok’ jew ‘qed naħseb fik’ jistaʼ jfisser ħafna.”—Jonathan.

● Meta ma nużawx sew it-teknoloġija, nistgħu ndgħajfu ż-żwieġ. Pereżempju, xi nies jużaw il-mobile il-ħin kollu, u dan inaqqas mill-ħin u l-attenzjoni li kieku jagħtu lir-raġel jew lill-mara tagħhom.

“Jien ċerta li kien hemm xi drabi meta kieku ma kontx qed nuża l-mobile, ir-raġel kien joqgħod jitkellem miegħi.”—Julissa.

● Xi nies jgħidu li jirnexxilhom ikollhom konversazzjoni tajba mar-raġel jew il-mara tagħhom waqt li jużaw il-mobile. Is-soċjologa Sherry Turkle tgħid li hi “ħrafa li jirnexxilek tagħmel iktar minn ħaġa waħda f’daqqa.” Fil-fatt, li tkun taf tagħmel iktar minn ħaġa waħda f’daqqa mhux dejjem ikun taʼ benefiċċju. Hi tkompli tgħid, “Meta nagħmlu iktar minn ħaġa waħda f’daqqa, mhux se nagħmlu l-affarijiet bl-aħjar mod.”

“Nieħu pjaċir ħafna nitkellem mar-raġel tiegħi, imma mhux meta jkun qed juża l-mobile fl-istess ħin li nkunu qed nitkellmu. Meta jagħmel hekk, inħoss li hu jieħu pjaċir joqgħod fuq il-mobile daqs li kieku qed jitkellem miegħi.”—Sarah.

Il-konklużjoni: Il-mod kif tuża t-teknoloġija jistaʼ jgħin jew jagħmel ħsara liż-żwieġ.

Ġawhar Spiritwali

it “Imħabba” ¶39

Imħabba

“Żmien li Tħobb.” Alla ma jurix imħabba maʼ dawk li ma ħaqqhomx jew maʼ dawk li qed jagħmlu affarijiet ħżiena. L-imħabba tintwera lin-nies kollha sakemm huma ma jurux li jobogħdu lil Alla. Jekk ikunu jobogħduh, Alla mhux se jibqaʼ jħobbhom. Kemm Alla Ġeħova kif ukoll Ġesù Kristu jħobbu dak li hu tajjeb u jobogħdu dak li hu ħażin. (Sa 45:7; Lh 1:9) Dawk li għandhom mibegħda kbira lejn Alla m’għandhomx jintwerew imħabba. Mhu se joħroġ l-ebda ġid jekk tibqaʼ tħobb lil uħud bħal dawn. (Sa 139:21, 22; Is 26:10) Għalhekk, Alla għandu raġun jobgħodhom u fi żmien li għażel hu se jikkastigahom.—Sa 21:8, 9; Ekk 3:1, 8.

13-19 TAʼ OTTUBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EKKLEŻJASTI 7-8

‘Mur f’Dar Fejn Hemm in-Niketʼ

it “Dwejjaq” ¶9

Dwejjaq

Żmien taʼ Dwejjaq Minħabba li Jmut Xi Ħadd. Ekkleżjasti 3:1, 4 jgħid li hemm “żmien li tibki u żmien li tidħaq; żmien li turi li int imdejjaq u żmien li tiżfen.” Minħabba li kulħadd jistaʼ jmut, ikun aħjar li mmorru “f’dar fejn hemm in-niket” minħabba li miet xi ħadd u mhux f’dar fejn hemm festa. (Ekk 7:2, 4; qabbel Pr 14:13.) Għalhekk, bniedem għaqli juża opportunità bħal din biex juri li jiddispjaċih u jinkuraġġixxi lil tal-familja minflok ma jkun moħħu biex jieħu pjaċir. Dan jgħinu biex jiftakar li hu wkoll jistaʼ jmut u biex jibqaʼ jħobb lill-Ħallieq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja