8-14 TAʼ DIĊEMBRU
ISAIJA 6-8
Għanja 75 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. “Hawn Jien! Ibgħat Lili!”
(10 min.)
Isaija ma żammx lura milli joffri li jkun il-profeta t’Alla (Is 6:8; ip-1 93-95 ¶13-14)
Ix-xogħol t’Isaija kien se jkun diffiċli (Is 6:9, 10; ip-1 95 ¶15-16)
Bħalma ħafna ma semgħux dak li qal Isaija, ħafna ma semgħux dak li qal Ġesù (Mt 13:13-15; ip-1 99 ¶23)
AĦSEB FTIT: Kif nistaʼ nimita iktar lil Isaija billi nagħmel iktar biex naqdi lil Ġeħova u lil oħrajn?
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Is 7:3, 4—Ġeħova għala qal li kien se jsalva lir-re ħażin Aħaż? (w06 12/1 9 ¶3)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Is 8:1-13 (th studju 5)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Tkellem dwar verità minn appendiċi A tal-browxer L-Imħabba Tgħinek. (lmd lezzjoni 4 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 9 punt 3)
6. Kompli Ibni l-Interess
(5 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Uri kif isir studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 9 punt 5)
Għanja 83
7. L-Ippritkar minn Dar għal Dar—Dak li Aħna Magħrufin Għalih
(15 min.) Diskussjoni.
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma magħrufin għall-ippritkar minn dar għal dar, l-istess bħalma għamlu Ġesù u l-Kristjani tal-ewwel seklu.—Lq 10:5; At 5:42.
Ovvjament, waqt il-pandemija tal-COVID-19 ma stajniex nippritkaw minn dar għal dar. Għalhekk, iffokajna fuq li nippritkaw l-aħbar tajba permezz taʼ konversazzjonijiet informali, ittri, u bit-telefown. Aħna ferħanin li kellna l-opportunità li nsiru iktar familjari maʼ dawn il-metodi tajbin ħafna! Imma l-ippritkar minn dar għal dar jibqaʼ l-iktar mod importanti taʼ kif nippritkaw l-aħbar tajba. Inti tistaʼ tipprietka minn dar għal dar b’mod regolari?
L-ippritkar minn dar għal dar kif jgħinna . . .
nilħqu lil kulħadd fit-territorju tagħna?
insiru għalliema aħjar u ntejbu l-kwalitajiet tagħna bħal li nkunu iktar kuraġġużi, inħobbu lil kulħadd, u nagħmlu sagrifiċċji?
nibdew studji tal-Bibbja?
Uri l-VIDJOW Nippritkaw f’kull tip taʼ temp. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
X’tgħallimt minn kemm l-evanġelizzaturi lesti li jagħmlu sagrifiċċji fil-Gżejjer Faroe?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb lezzjonijiet 42-43