22-28 TAʼ DIĊEMBRU
ISAIJA 11-13
Għanja 14 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Il-Bibbja X’Tgħid Dwar il-Messija li Kellu Jiġi?
(10 min.)
Hu kellu jiġi mil-linja taʼ Ġesse, mit-tifel tiegħu David (Is 11:1; ip-1 159 ¶4-5)
Hu kien se jkollu l-ispirtu t’Alla u jirrispetta ħafna lil Ġeħova (Is 11:2, 3a; ip-1 159 ¶6; 160 ¶8)
Hu kien se jkun imħallef ġust u ħanin (Is 11:3b-5; ip-1 160 ¶9; 161 ¶11)
AĦSEB FTIT: Ġesù għala hu aħjar minn kwalunkwe mexxej fid-dinja?
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
- Is 11:10—Din il-profezija kif twettqet? (ip-1 165-166 ¶16-18) 
- Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa? 
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Is 11:1-12 (th studju 11)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. (lmd lezzjoni 2 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) F’POST PUBBLIKU. Uża l-jw.org biex twieġeb mistoqsija li staqsietek il-persuna. (lmd lezzjoni 8 punt 3)
6. Agħmel Dixxipli
(5 min.) Għin lill-istudent biex jipprepara ħalli jipprietka miegħek minn dar għal dar. (lmd lezzjoni 11 punt 4)
Għanja 57
7. Inti ‘Tiġġudika b’Mod Ġust’?
(15 min.) Diskussjoni.
Aħna niġġudikaw lin-nies kuljum, xi kultant mingħajr ma nkunu nafu. Ħafna drabi niġġudikaw fuq dak li naraw. Però Ġesù, li hu l-eżempju tagħna, jiġġudika b’mod differenti. (Is 11:3, 4) Ġesù jistaʼ jara l-qalb taʼ persuna u jaf kif taħseb, ir-raġunar tagħha, u r-raġuni għala tagħmel ċertu affarijiet. Aħna ma nistgħux nagħmlu hekk. Imma nistgħu nagħmlu l-aħjar tagħna biex nimitaw lil Ġesù. Hu qal: “Tibqgħux tiġġudikaw skont dak li jidher minn barra, imma ġġudikaw b’mod ġust.”—Ġw 7:24.
Jekk niġġudikaw fuq dak li naraw, jistaʼ jkollna ħarsa negattiva lejn in-nies li nkellmu fuq is-service. Staqsi lilek innifsek, jien noqgħod naħsibha biex nitkellem maʼ nies li huma minn ċertu pajjiż jew reliġjon? Kif inħossni meta nipprietka f’postijiet fejn jgħixu nies sinjuri jew fqar? Minn kif tidher il-persuna, nikkonkludi li mhux se tkun interessata? Ġeħova jrid li “kull tip taʼ nies jiġu salvati u jkollhom għarfien eżatt dwar il-verità.”—1Ti 2:4.
Uri l-VIDJOW Lezzjonijiet minn It-Torri tal-Għassa—Tiġġudikax Fuq Dak li Jidher minn Barra. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
- Liema preġudizzji ssemmew fil-vidjow? 
- Jekk nuru preġudizzju lejn ħutna, x’jistaʼ jiġri fil-kongregazzjoni? 
- L-aħwa li ġew intervistati x’għenhom biex ma jiġġudikawx fuq dak li jaraw? 
- Int x’lezzjonijiet tgħallimt mill-artiklu taʼ It-Torri tal-Għassa? 
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb lezzjonijiet 46-47