LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w22 Frar pp. 2-7
  • Int Tafda Kif Ġeħova Jagħmel l-Affarijiet?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Tafda Kif Ġeħova Jagħmel l-Affarijiet?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • AFDA F’ĠEĦOVA META TAQRA L-​BIBBJA
  • AFDA F’ĠEĦOVA META TIRĊIEVI DIREZZJONI
  • IRRIDU NAFDAW LIL ĠEĦOVA MINN ISSA ĦALLI B’HEKK NAFDAWH FIL-​FUTUR
  • Afda lill-​Aħwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Il-Fiduċja Hija Vitali għal Ħajja Ferħana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Saħħaħ il-Fiduċja Tiegħek f’Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Dejjem afda f’Ġeħova!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
w22 Frar pp. 2-7

ARTIKLU GĦALL-​ISTUDJU 6

Int Tafda Kif Ġeħova Jagħmel l-​Affarijiet?

“Il-​Blata, perfett għemilu, għax triqatu kollha huma ġustizzja. Alla taʼ fedeltà, li miegħu m’hemm ebda inġustizzja; ġust u rett hu.”—DT. 32:4.

GĦANJA 3 Ġeħova jqawwina, ifarraġna, u jtina tama

ĦARSA BIL-​QUDDIEMa

1-2. (a) Għala ħafna nies illum isibuha diffiċli biex jafdaw lil dawk li jkollhom l-​awtorità? (b) X’se nikkunsidraw f’dan l-​artiklu?

ILLUM ħafna nies isibuha diffiċli biex jafdaw lil dawk li jkollhom l-​awtorità. Dan minħabba li huma raw kif il-​gvernijiet u l-​liġijiet spiss jipproteġu lis-​sinjuri u lil dawk li jkollhom il-​poter, imma ma tantx ikunu t’għajnuna għal dawk li huma foqra. Mhux ta’ b’xejn li l-​Bibbja tgħid: “Il-​bniedem iddomina lill-​bniedem bi ħsara għalih.” (Ekk. 8:9) Barra minn hekk, xi mexxejja reliġjużi jagħmlu affarijiet ħżiena u dan qed iwassal biex xi nies jitilfu l-​fiduċja tagħhom f’Alla. Għalhekk, jekk nistudjaw il-​Bibbja ma’ xi ħadd irridu ngħinuh jitgħallem jafda f’Ġeħova u f’dawk li hu qed juża biex imexxu fuq l-​art.

2 Bla dubju, mhux l-​istudenti tagħna biss għandhom bżonn jitgħallmu jafdaw f’Ġeħova u fl-​organizzazzjoni tiegħu. Anki jekk ilna naqdu lil Ġeħova għal ħafna snin, irridu nibqgħu konvinti li l-​mod kif jagħmel l-​affarijiet hu huwa dejjem l-​aħjar. Xi kultant, jistgħu jiġru affarijiet li jittestjaw il-​fiduċja tagħna f’Ġeħova. F’dan l-​artiklu, se niddiskutu tliet sitwazzjonijiet: (1) meta naqraw xi rakkonti mill-​Bibbja, (2) meta nirċievu direzzjoni mill-​organizzazzjoni ta’ Ġeħova, u (3) meta se niffaċċjaw il-​provi fil-​futur.

AFDA F’ĠEĦOVA META TAQRA L-​BIBBJA

3. Xi rakkonti li hemm fil-​Bibbja kif jistgħu jittestjaw il-​fiduċja tagħna f’Ġeħova?

3 Meta naqraw il-​Bibbja forsi nistaqsu għala Ġeħova ma ttrattax lil kulħadd l-​istess u għala ħa ċerti deċiżjonijiet. Pereżempju, fil-​ktieb tan-​Numri naraw li Ġeħova ried li raġel Iżraeli jingħata l-​mewt għaliex ġabar l-​injam fis-​Sabat. Imma mbagħad fil-​ktieb tat-​tieni Samwel naraw li snin wara Ġeħova ħafer lis-​Sultan David minkejja li ħa mara miżżewġa, kellu x’jaqsam magħha, u qatel lir-​raġel tagħha. (Num. 15:32, 35; 2 Sam. 12:9, 13) Forsi nistaqsu, ‘Ġeħova għala ħafer lil David li għamel dawn id-​dnubiet serji imma ried li r-​raġel Iżraeli li għamel dnub iżgħar jinqatel?’ Biex inwieġbu din il-​mistoqsija, irridu nżommu f’moħħna tliet affarijiet meta naqraw il-​Bibbja.

4. Ġenesi 18:20, 21 u Dewteronomju 10:17 kif isaħħu l-​fidi tagħna fid-​deċiżjonijiet li jieħu Ġeħova?

4 Il-​Bibbja mhux dejjem tagħtina d-​dettalji kollha tar-​rakkont. Pereżempju, aħna nafu li David vera ddispjaċieh għal dak li għamel. (Salm 51:2-​4) Imma x’tip ta’ raġel kien l-​Iżraeli li ġabar l-​injam fis-​Sabat? Kien iddispjaċieh għal dak li għamel? Kien wieħed li ma jħobbx jobdi l-​liġi ta’ Ġeħova? Jistaʼ jkun li kienu diġà wissewh u hu ma tax kas? Il-​Bibbja ma tgħidilniex. Però, nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova qatt ma jkun inġust. (Dt. 32:4) Hu jara l-​fatti kollha u mbagħad jieħu d-​deċiżjoni. Ġeħova ma jiħux id-​deċiżjoni tiegħu fuq dak li jgħidu oħrajn, ma jurix preferenzi, u ma jistrieħx fuq affarijiet li spiss iġiegħlu l-​bniedem jiġġudika ħażin. (Aqra Ġenesi 18:20, 21; Dewteronomju 10:17.) Iktar ma nitgħallmu dwar Ġeħova u l-​livelli tiegħu iktar se nkunu konvinti li Ġeħova jiġġudika b’mod ġust. Anki jekk naqraw xi rakkont u jkollna xi mistoqsijiet li ma nsibux tweġiba għalihom issa, aħna nafuh sew lil Ġeħova u ċerti li hu “ġust fi triqatu kollha.”—Salm 145:17.

5. L-​imperfezzjoni kif teffettwana meta niġu biex niġġudikaw? (Ara wkoll il-​kaxxa “Minħabba l-​Imperfezzjoni Tagħna Nistgħu Niġġudikaw b’Mod Ħażin.”)

5 Minħabba li aħna imperfetti ma nistgħux niġġudikaw tajjeb dejjem. Alla ħalaqna fix-​xbieha tiegħu, allura nixtiequ li n-​nies jiġu trattati sew. (Ġen. 1:26) Imma anki meta naħsbu li għandna l-​fatti kollha, minħabba li aħna imperfetti, xorta nistgħu niġġudikaw ħażin. Pereżempju, tiftakar kemm ħassu mdejjaq Ġona meta Ġeħova ddeċieda li juri ħniena man-​nies ta’ Ninwe? (Ġona 3:10–4:1) Imma aħseb dwar dak li ġara minħabba li Ġeħova kien ħanin magħhom. Iktar minn 120,000 ruħ f’Ninwe ddispjaċiehom għal dak li għamlu u salvaw! Mela kif nistgħu naraw, kien Ġona li ġġudika ħażin u mhux Ġeħova.

Minħabba l-​Imperfezzjoni Tagħna Nistgħu Niġġudikaw b’Mod Ħażin

Raġel għandu l-​ħġieġ tan-​nuċċali mtappan u għalhekk ma jistax jara sew.

Minħabba li aħna imperfetti, meta niġġudikaw nistgħu nkunu ħorox iktar minn Ġeħova jew naċċettaw affarijiet li Ġeħova ma jaċċettax. (1 Sam. 16:7) Dan jistaʼ jġegħelna niddubitaw jekk id-​deċiżjonijiet li jieħu Ġeħova humiex ġusti. Is-​sitwazzjoni tagħna hi bħal raġel li jkollu l-​ħġieġ tan-​nuċċali mtappan. Minkejja l-​isforz li jagħmel biex jara sew, hu xorta ma jkunx jistaʼ jara l-​affarijiet ċari. Bl-​istess mod, jekk ma nkunux nistgħu nifhmu xi deċiżjoni li jieħu Ġeħova, x’aktarx li ma nifhmuhiex għax aħna imperfetti. Għalhekk, il-​ħarsa tagħna tkun ħażina u mhux il-​ħarsa taʼ Ġeħova.—Eżek. 18:29.

6. Ġeħova għala m’għandux għalfejn joqgħod jispjega għala jieħu ċerti deċiżjonijiet?

6 Ġeħova m’għandux għalfejn jispjega r-​raġuni għala jieħu ċerti deċiżjonijiet. Veru, fil-​passat Ġeħova ħalla lill-​qaddejja tiegħu jgħidulu dak li kienu qed iħossu dwar id-​deċiżjonijiet li kien ħa jew li kien se jieħu. (Ġen. 18:25; Ġona 4:2, 3) U xi kultant spjega għala ħa deċiżjoni. (Ġona 4:10, 11) Però, hu m’għandux għalfejn jispjega lilna għala jieħu ċerti deċiżjonijiet. Minħabba li hu l-​Ħallieq, aħna ma nistgħux ngħidulu x’għandu jagħmel qabel jew wara li jieħu deċiżjoni.—Is. 40:13, 14; 55:9.

AFDA F’ĠEĦOVA META TIRĊIEVI DIREZZJONI

7. X’jistaʼ jkun diffiċli għalina, u għala?

7 Aħna ċerti li Ġeħova dejjem jagħmel dak li hu tajjeb. Però, l-​isfida tagħna tistaʼ tkun li ma nafdawx lill-​aħwa rġiel li hu qed juża fuq l-​art. Forsi aħna niddubitaw jekk dawk li għandhom l-​awtorità fl-​organizzazzjoni ta’ Ġeħova hux vera qed jimxu mad-​direzzjoni tiegħu. Jistaʼ jkun li fi żminijiet Bibliċi xi wħud hekk ħasbu. Aħseb dwar l-​eżempji li semmejna f’paragrafu 3. Xi ħadd li kien jiġi mir-​raġel li m’obdiex il-​liġi tas-​Sabat forsi ddubita jekk Mosè kienx tkellem ma’ Ġeħova qabel tah is-​sentenza tal-​mewt. U ħabib ta’ Urija l-​Ħitti, li l-​mara tiegħu għamlet adulterju ma’ David, setaʼ ħaseb li David ma ħax il-​kastig li ħaqqu għax kien sultan. Ġeħova jafda lil dawk li hu għażel biex jieħdu t-​tmexxija fl-​organizzazzjoni tiegħu u lil dawk li jmexxu fil-​kongregazzjoni. Mela jekk aħna ma nafdawx lil dawn l-​irġiel ma nistgħux ngħidu li nafdaw f’Ġeħova.

8. X’hemm simili f’dak li hemm miktub f’​Atti 16:4, 5, u kif taħdem il-​kongregazzjoni Kristjana llum?

8 Illum Ġeħova jmexxi l-​organizzazzjoni li għandu fuq l-​art permezz tal-​“ilsir leali u għaqli.” (Mt. 24:45) Bħall-​ġemgħa li tiggverna li kien hemm fi żmien il-​Kristjani tal-​bidu, dan l-​ilsir jieħu ħsieb lin-​nies t’Alla mad-​dinja kollha u jagħti direzzjoni lill-​anzjani fil-​kongregazzjonijiet. (Aqra Atti 16:4, 5.) Imbagħad l-​anzjani jagħmlu ċert li huma jgħaddu din id-​direzzjoni lill-​kongregazzjoni. Aħna nuru li nafdaw lil Ġeħova fil-​mod kif jagħmel l-​affarijiet billi nobdu d-​direzzjoni li nirċievu mill-​organizzazzjoni u mingħand l-​anzjani.

9. Meta forsi nsibuha diffiċli biex nobdu d-​deċiżjonijiet li jieħdu l-​anzjani, u għala?

9 Xi kultant, nistgħu nsibuha diffiċli biex naċċettaw id-​deċiżjonijiet li jieħdu l-​anzjani. Pereżempju, f’dawn l-​aħħar snin sar xi tibdil f’ħafna kongregazzjonijiet u circuits. Għalhekk, f’xi każijiet l-​anzjani talbu lill-​pubblikaturi biex jingħaqdu ma’ kongregazzjoni oħra biex is-​sala tintuża bl-​aħjar mod. Jekk jgħidulna biex inbidlu l-​kongregazzjoni, forsi nsibuha diffiċli biex nitilqu l-​ħbieb u l-​familja tagħna. Ġeħova jagħti xi sinjal lill-​anzjani fejn għandhom jibagħtu lil kull pubblikatur? Le. Għalhekk, dan jistaʼ jkun il-​każ għala aħna nsibuha diffiċli biex nobdu d-​direzzjoni li nirċievu. Imma Ġeħova jafda fid-​deċiżjonijiet li jieħdu l-​anzjani, u aħna rridu nafdawhom ukoll.b

10. Skont Ebrej 13:17, għala għandna nobdu lill-​anzjani?

10 Għala għandna nobdu d-​deċiżjonijiet tal-​anzjani anki meta lilna ma jogħġbuniex? Għax meta nobdu nkunu qed inżommu l-​paċi fost il-​poplu t’Alla. (Efes. 4:2, 3) Il-​kongregazzjoni se tkun b’saħħitha meta b’umiltà l-​aħwa jobdu d-​deċiżjonijiet li tieħu l-​ġemgħa tal-​anzjani. (Aqra Ebrej 13:17.) U l-​iktar ħaġa importanti hi li meta nobdu lil dawk li Ġeħova jafda biex jieħdu ħsiebna, inkunu qed nuru li nafdaw fih.—Atti 20:28.

11. X’jistaʼ jgħinna biex nafdaw iktar fid-​direzzjoni li jagħtuna l-​anzjani?

11 Aħna nistgħu nafdaw iktar fid-​direzzjoni li jagħtuna l-​anzjani billi niftakru li huma jitolbu għall-​ispirtu qaddis qabel jieħdu deċiżjoni għall-​kongregazzjoni. Huma joqogħdu attenti ħafna biex jaraw liema prinċipji mill-​Bibbja japplikaw għas-​sitwazzjoni u jiċċekkjaw il-​gwida li tipprovdi l-​organizzazzjoni. L-​anzjani vera jixtiequ jogħġbu lil Ġeħova u jieħdu ħsieb lill-​aħwa bl-​aħjar mod. Dawn l-​irġiel leali jafu li Alla jimpurtah ħafna minn kif huma jieħdu ħsieb in-​nies tiegħu. (1 Pt. 5:2, 3) Aħseb ftit dwar dan: F’dinja maqsuma minħabba r-​razza, ir-​reliġjon, u l-​politika, in-​nies ta’ Ġeħova jaqduh magħqudin flimkien fil-​paċi. Dan jistaʼ jkun possibbli biss għax Ġeħova jgħin lill-​organizzazzjoni tiegħu!

12. Biex l-​anzjani jkunu jafu jekk individwu ddispjaċiehx vera għal dak li għamel, x’għandhom jagħmlu?

12 Ġeħova ta responsabbiltà serja lill-​anzjani biex iżommu l-​kongregazzjoni nadifa. Meta Kristjan jagħmel dnub serju, Ġeħova jistenna li l-​anzjani jaraw jekk dan l-​individwu għandux jibqaʼ fil-​kongregazzjoni. Fost il-​ħafna affarijiet, huma jridu jaraw jekk l-​individwu jkunx iddispjaċieh vera għal dak li għamel. Forsi hu jgħid li jkun iddispjaċieh, imma vera sar jobgħod dak li għamel? Determinat li ma jerġax jagħmel l-​istess dnub? Jekk il-​ħbieb tiegħu kienu parti mill-​kaġun li għamel id-​dnub, lest li ma jibqax jagħmilha magħhom? L-​anzjani jitolbu lil Ġeħova, jaraw il-​fatti u dak li tgħid il-​Bibbja, u jaraw kif qed iħossu l-​individwu li jkun għamel id-​dnub. Imbagħad jiddeċiedu jekk jibqax fil-​kongregazzjoni. F’xi każijiet l-​individwu jkollu jiġi maqtugħ mis-​sħubija.—1 Kor. 5:11-​13.

13. Dwar xiex nistgħu ninkwetaw meta ħabib jew xi ħadd minn tal-​familja jiġi maqtugħ mis-​sħubija?

13 Il-​fiduċja tagħna fl-​anzjani kif tistaʼ tiġi ttestjata? Jekk dak li jkun ġie maqtugħ mis-​sħubija ma jkunx il-​ħabib tagħna jew jiġi minna, jaf ikun faċli biex naċċettaw id-​deċiżjoni tal-​anzjani. Imma jekk ikun ħabib tagħna jew jiġi minna jaf ma nħossuniex hekk. Forsi ninkwetaw li l-​anzjani ma kkunsidrawx il-​fatti kollha, jew niddubitaw jekk id-​deċiżjoni li ħadu kinitx dik li xtaq Ġeħova. X’jistaʼ jgħinna biex inżommu attitudni tajba meta tittieħed deċiżjoni bħal din?

14. X’jistaʼ jgħinna jekk l-​anzjani jiddeċiedu li xi ħabib tagħna jew xi ħadd minn tal-​familja għandu jiġi maqtugħ mis-​sħubija?

14 Irridu niftakru li l-​qtugħ mis-​sħubija hu arranġament ta’ Ġeħova u hu ta’ benefiċċju kemm għall-​kongregazzjoni kif ukoll għal dak li jkun għamel id-​dnub. Jekk xi ħadd li ma jiddispjaċihx għad-​dnub li għamel jibqaʼ fil-​kongregazzjoni, jistaʼ jħajjar lil oħrajn jagħmlu bħalu. (Gal. 5:9) Barra minn hekk, jaf ma jindunax kemm hu serju d-​dnub li jkun għamel. Forsi jaħseb ukoll li m’għandux għalfejn ibiddel il-​mod ta’ kif jaħsibha u kif jaġixxi biex jerġaʼ jsaħħaħ il-​ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova. (Ekk. 8:11) Nistgħu nkunu ċerti li meta l-​anzjani jiddeċiedu li jaqtgħu lil xi ħadd mis-​sħubija, ikunu għamlu dan b’responsabbiltà kbira. L-​anzjani jafu li bħall-​imħallfin fi żmien l-​Iżraelin, huma ma jiġġudikawx “għall-​bnedmin imma għal Ġeħova.”—2 Kron. 19:6, 7.

IRRIDU NAFDAW LIL ĠEĦOVA MINN ISSA ĦALLI B’HEKK NAFDAWH FIL-​FUTUR

L-​aħwa qed jiltaqgħu ġo basement. Waqt li ħu qed jagħti d-​direzzjoni, ħu ieħor qed jiddubita minn dak li qed jismaʼ.

X’se jgħinna biex nafdaw u nobdu d-​direzzjoni li nirċievu matul it-​tribulazzjoni l-​kbira? (Ara paragrafu 15)

15. Illum, għala hu importanti iktar minn qatt qabel li nafdaw fid-​direzzjoni ta’ Ġeħova?

15 Din id-​dinja mill-​agħar dalwaqt se tispiċċa, għalhekk irridu nafdaw fil-​mod kif Ġeħova jagħmel l-​affarijiet iktar minn qatt qabel. Għala? Matul it-​tribulazzjoni l-​kbira, nistgħu nirċievu direzzjoni li tkun diffiċli biex nifhmu jew diffiċli biex nobdu. Bla dubju, Ġeħova mhux se jkellimna personalment. X’aktarx li hu se jipprovdilna direzzjoni permezz ta’ dawk li qed juża fuq l-​art. Żgur mhux se jkun il-​waqt li niddubitaw minn dik id-​direzzjoni jew noqogħdu ngħidu, ‘Din id-​direzzjoni ġejja mingħand Ġeħova jew hija xi deċiżjoni persunali tal-​aħwa li qed imexxu?’ Se tafda f’Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu matul dak iż-​żmien importanti? Dak li taħseb meta tirċievi direzzjoni llum mingħand dawk li qed juża Ġeħova jistaʼ jgħinek biex twieġeb din il-​mistoqsija. Jekk tafda fid-​direzzjoni li tirċievi llum u tobdi mill-​ewwel, x’aktarx li se tagħmel l-​istess matul it-​tribulazzjoni l-​kbira.—Lq. 16:10.

16. Il-​fiduċja tagħna fil-​ġudizzju ta’ Ġeħova kif tistaʼ tiġi ttestjata fil-​futur?

16 Irridu naħsbu wkoll dwar kif se naġixxu meta Ġeħova se jiġġudika din id-​dinja mill-​agħar. Bħalissa aħna nittamaw li ħafna li mhux qed jaqdu lil Ġeħova, inkluż uħud minn tal-​familja tagħna, jiddeċiedu li jibdew jaqduh qabel jasal it-​tmiem. Imma f’Armageddon, permezz ta’ Ġesù, Ġeħova se jiddeċiedi jekk isalvawx jew le. (Mt. 25:31-​33; 2 Tess. 1:7-​9) Aħna ma nistgħux nagħżlu ma’ min Ġeħova juri ħniena. (Mt. 25:34, 41, 46) Se nkunu lesti li naqblu ma’ dak li se jagħmel Ġeħova jew se nieqfu naqduh għax ma naqblux mad-​deċiżjonijiet tiegħu? Kemm hu importanti li nsaħħu l-​fiduċja tagħna f’Ġeħova issa, ħalli b’hekk fil-​futur nafdaw kompletament fih.

17. Kif se nibbenefikaw mill-​ġudizzju li se jagħmel Ġeħova?

17 Immaġina kif se nħossuna fid-​dinja l-​ġdida ta’ Ġeħova meta naraw dak li ġara minħabba l-​ġudizzju tiegħu. Ir-​reliġjon falza se tkun spiċċat, u mhux se jkun hemm negozjanti egoisti jew gvernijiet li ġiegħlu n-​nies ibatu matul is-​snin. Mhux se nesperjenzaw iktar problemi ta’ saħħa, xjuħija, jew il-​mewt ta’ dawk li nħobbu. Għal elf sena, Satana u d-​demonji mhux se jkunu jistgħu jeffettwaw lin-​nies. L-​affarijiet ħżiena li ġraw minħabba r-​ribelljoni tagħhom se jkunu spiċċaw. (Riv. 20:2, 3) Dakinhar min jaf kemm se nkunu kuntenti li fdajna f’Ġeħova!

18. Mir-​rakkont li nsibu f’​Numri 11:4-​6 u 21:5, x’nistgħu nitgħallmu mill-​Iżraelin?

18 Jistaʼ jkun li fid-​dinja l-​ġdida se niffaċċjaw sfidi li se jittestjaw il-​fiduċja tagħna f’Ġeħova? Aħseb x’ġara eżatt wara li Ġeħova ħeles lill-​Iżraelin mill-​Eġittu. Xi wħud minnhom bdew igergru għax bdew jimmissjaw l-​ikel tajjeb li kienu jieklu fl-​Eġittu, u m’apprezzawx il-​manna li pprovdielhom Ġeħova. (Aqra Numri 11:4-​6; 21:5.) Jistaʼ jkun li jiġrilna xi ħaġa simili wara li tispiċċa t-​tribulazzjoni l-​kbira? Aħna ma nafux kemm irridu naħdmu biex innaddfu d-​dinja u nerġgħu nagħmluha ġenna tal-​art. X’aktarx li se jkollna ħafna x’nagħmlu u għall-​ewwel il-​ħajja taf tkun diffiċli. Se ngergru għal dak li jipprovdilna Ġeħova matul dak iż-​żmien? Jekk aħna napprezzaw dak li Ġeħova qed jipprovdilna issa, żgur li se napprezzaw iktar dak li Ġeħova se jipprovdilna fil-​futur.

19. Semmi fil-​qosor l-​iktar punti importanti f’dan l-​artiklu.

19 Ġeħova dejjem jagħmel l-​affarijiet b’mod tajjeb. Aħna rridu nkunu ċerti minn dan. Irridu wkoll nafdaw fl-​irġiel li Ġeħova qed jafda biex jagħtu d-​direzzjoni tiegħu. Qatt tinsa l-​kliem li Ġeħova qal permezz tal-​profeta Isaija: “Se tkunu setgħanin jekk ma tinkwetawx u jkollkom il-​fiduċja.”—Is. 30:15.

X’JISTA’ JGĦINNA JEKK IL-​FIDUĊJA TAGĦNA F’ĠEĦOVA TIĠI TTESTJATA . . .

  • meta naqraw xi rakkonti mill-​Bibbja?

  • meta nirċievu direzzjoni?

  • meta se niffaċċjaw il-​provi fil-​futur?

GĦANJA 98 L-​Iskrittura—Imnebbħa minn Alla

a Dan l-​artiklu se jgħinna naraw għala hu importanti li nsaħħu l-​fidi tagħna f’Ġeħova u f’dawk li hu jagħżel biex imexxu fuq l-​art. Se naraw ukoll kif meta nagħmlu dan se jgħinna issa u iktar u iktar meta se niffaċċjaw il-​provi fil-​futur.

b Xi kultant ikun hemm raġuni tajba għala individwu jew familja tibqaʼ fl-​istess kongregazzjoni. Ara l-​“Kaxxa għall-​Mistoqsija” tal-​Ministeru tas-​Saltna ta’ Novembru 2002.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja