LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w22 Lulju pp. 14-19
  • L-​Ewwel Profezija tal-​Bibbja—Kif Tistaʼ Tgħinek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​Ewwel Profezija tal-​Bibbja—Kif Tistaʼ Tgħinek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • MIN JISSEMMA F’DIN IL-​PROFEZIJA?
  • ĠEĦOVA X’GĦAMEL DIĠÀ BIEX IWETTAQ DIN IL-​PROFEZIJA?
  • DIN IL-​PROFEZIJA KIF TGĦINNA LLUM?
  • B1 Il-messaġġ tal-Bibbja
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Iż-Żerriegħa tas-Serpent—Kif Mikxufa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • L-Armonija Sħiħa tal-Bibbja
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Ġeħova jikxef l-iskop tiegħu
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
w22 Lulju pp. 14-19

ARTIKLU GĦALL-​ISTUDJU 30

L-​Ewwel Profezija tal-​Bibbja—Kif Tistaʼ Tgħinek?

“Inqanqal mibegħda bejnek u bejn il-​mara.”—ĠEN. 3:15.

GĦANJA 15 Faħħru l-​Ewwel Imwieled taʼ Ġeħova!

ĦARSA BIL-​QUDDIEMa

1. Ġeħova x’għamel ftit wara li Adam u Eva għamlu d-​dnub? (Ġenesi 3:15)

FTIT wara li Adam u Eva għamlu d-​dnub, Ġeħova ta tama lid-​dixxendenti tagħhom permezz taʼ profezija importanti. Dak li qal insibuh miktub f’​Ġenesi 3:15.—Aqra.

2. Din il-​profezija għala hi importanti?

2 Din il-​profezija tidher fl-​ewwel ktieb tal-​Bibbja. Imma l-​kotba kollha tal-​Bibbja, b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu magħha. Bħalma spina taʼ ktieb tgħaqqad il-​paġni kollha flimkien, il-​kliem li nsibu f’​Ġenesi 3:15 jgħaqqad il-​kotba tal-​Bibbja kollha flimkien f’messaġġ wieħed. Dan il-​messaġġ hu li Alla kellu jibgħat lil xi ħadd biex isalva lin-​nies u jeqred lix-​Xitan u lil dawk li jappoġġawh.b Kemm se jkun żmien sabiħ għal dawk li jħobbu lil Ġeħova!

3. X’se nikkunsidraw f’dan l-​artiklu?

3 F’dan l-​artiklu se nwieġbu l-​mistoqsijiet li ġejjin dwar il-​profezija taʼ Ġenesi 3:15: Min jissemma f’din il-​profezija? Kif qed titwettaq? U kif qed tgħinna llum?

MIN JISSEMMA F’DIN IL-​PROFEZIJA?

Grupp taʼ stampi: “Dawk li jissemmew f’​Ġenesi 3:14, 15.” 1. Is-​serp: Satana, li jidher bħala anġlu. 2. Id-​dixxendenti tas-​serp: l-​anġli ħżiena. 3. Il-​mara: l-​anġli leali. 4. Id-​dixxendenti tal-​mara: Ġesù Kristu u l-​midlukin li se jmexxu miegħu. Dawn jissemmew f’paragrafi 4, 5, 7, u 8.

4. Min hu “s-​serp,” u kif nafu dan?

4 Ġenesi 3:14, 15 isemmi “lis-​serp,” “id-​dixxendenti” tas-​serp, “il-​mara,” u “d-​dixxendent” tal-​mara. Il-​Bibbja tgħinna nifhmu min huma.c Ejja nibdew “bis-​serp.” Kieku dan kien serp letterali ma kienx se jifhem dak li qal Ġeħova fil-​ġnien tal-​Għeden. Għalhekk, meta Ġeħova qal dan il-​kliem taʼ ġudizzju kien qed jitkellem maʼ xi ħadd intelliġenti. Ġeħova maʼ min kien qed jitkellem? Rivelazzjoni 12:9 jurina maʼ min. Il-​vers jgħidilna li “s-​serp oriġinali” hu Satana x-​Xitan. Imma min huma d-​dixxendenti tas-​serp?

Satana, li jidher bħala anġlu.

IS-​SERP

Satana x-​Xitan li f’​Rivelazzjoni 12:9 jissejjaħ “is-​serp oriġinali” (Ara paragrafu 4)

5. Min huma d-​dixxendenti tas-​serp?

5 Xi kultant, il-​Bibbja tuża l-​kelma “dixxendenti” biex tirreferi għal dawk li jaħsbu u jaġixxu bħal xi ħadd, tant li jkunu jistgħu jissejħu t-​tfal tiegħu. Mela d-​dixxendenti tas-​serp huma l-​anġli li ma baqgħux leali u n-​nies li bħal Satana jiħduha kontra Ġeħova u l-​poplu tiegħu. Dawn jinkludu l-​anġli li niżlu fuq l-​art fi żmien Noè, kif ukoll in-​nies ħżiena li jaġixxu bħal missierhom ix-​Xitan.—Ġen. 6:1, 2; Ġw. 8:44; 1 Ġw. 5:19; Ġuda 6.

L-​anġli ħżiena.

ID-​DIXXENDENTI TAS-​SERP

L-​anġli ħżiena u n-​nies li jiħduha kontra Ġeħova u l-​poplu tiegħu (Ara paragrafu 5)

6. “Il-​mara” għala ma tistax tkun Eva?

6 Issa ejja naraw min hi “l-​mara.” Din ma tistax tkun Eva. Għala le? Raġuni waħda hi għax il-​profezija tgħid li d-​dixxendent tal-​mara kellu ‘jgħaffeġ’ ras is-​serp. Kif diġà rajna, is-​serp hu l-​anġlu ribelluż Satana, u l-​ebda bniedem imperfett m’għandu l-​qawwa biex jeqirdu. Allura Satana kif se jiġi meqrud?

7. Skont Rivelazzjoni 12:1, 2, 5, 10, min hi l-​mara li tissemma f’​Ġenesi 3:15?

7 L-​aħħar ktieb tal-​Bibbja jgħidilna min hi l-​mara. (Aqra Rivelazzjoni 12:1, 2, 5, 10.) Din mhix mara litterali li tgħix fuq l-​art. Hi għandha l-​qamar taħt saqajha u kuruna taʼ 12-​il kewkba fuq rasha. Hi twelled is-​Saltna t’Alla. Din is-​Saltna qiegħda fis-​sema. Għalhekk, il-​mara għandha tkun fis-​sema wkoll. Il-​mara tirrappreżenta l-​anġli leali taʼ Ġeħova li jagħmlu parti mill-​organizzazzjoni tiegħu fis-​sema.—Gal. 4:26.

L-​anġli leali.

IL-​MARA

L-​anġli leali li jagħmlu parti mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova fis-​sema (Ara paragrafu 7)

8. Min hu l-​iktar dixxendent importanti tal-​mara, u dan meta sar? (Ġenesi 22:15-​18)

8 Il-​Kelma t’Alla tgħinna nsiru nafu wkoll min hu l-​iktar dixxendent importanti tal-​mara. Dan id-​dixxendent kellu jkun t’Abraham. (Aqra Ġenesi 22:15-​18.) Bħalma bassret il-​profezija, Ġesù kien dixxendent taʼ dan ir-​raġel leali. (Lq. 3:23, 34) Imma dan id-​dixxendent kellu jkun b’saħħtu iktar mill-​bniedem għax kellu jeqred għalkollox lil Satana x-​Xitan. Fil-​fatt, meta Ġesù kellu madwar 30 sena, Ġeħova għażlu bħala l-​Midluk tiegħu permezz tal-​ispirtu qaddis. B’dan il-​mod, Ġesù sar l-​iktar wieħed importanti mid-​dixxendenti tal-​mara. (Gal. 3:16) Wara li Ġesù miet u ġie rxoxtat, Alla ‘tah il-​glorja u l-​unur’ u tah “kull awtorità fis-​sema u fuq l-​art,” inkluż il-​qawwa “biex ikisser l-​għemejjel tax-​Xitan.”—Ebr. 2:7; Mt. 28:18; 1 Ġw. 3:8.

Ġesù Kristu u l-​midlukin li se jmexxu miegħu.

ID-​DIXXENDENTI TAL-​MARA

Ġesù Kristu u l-​144,000 li se jmexxu miegħu (Ara paragrafi 8-​9)

9-10. (a) Minbarra Ġesù, min huma d-​dixxendenti tal-​mara, u meta jsiru dixxendenti tagħha? (b) Issa x’se nitgħallmu iktar?

9 Imma minbarra Ġesù, kellu jkun hemm dixxendenti oħrajn. L-​appostlu Pawlu wera min huma meta qal lill-​Kristjani midlukin Lhud u lil dawk li ma kinux Lhud: “Jekk intom taʼ Kristu, intom tassew [dixxendenti t’Abraham], werrieta skond il-​wegħda.” (Gal. 3:28, 29) Meta Ġeħova jagħżel Kristjan bħala l-​midluk tiegħu permezz tal-​ispirtu qaddis, dan isir wieħed mid-​dixxendenti tal-​mara. Għalhekk, id-​dixxendenti huma Ġesù Kristu u l-​144,000 li se jmexxu miegħu. (Riv. 14:1) Ilkoll kemm huma jippruvaw jaħsbu u jaġixxu bħal Missierhom, Alla Ġeħova.

10 Issa li nafu min huma dawk li jissemmew f’​Ġenesi 3:15, se nitgħallmu dak li diġà għamel Ġeħova biex titwettaq din il-​profezija u kif din tgħinna llum.

ĠEĦOVA X’GĦAMEL DIĠÀ BIEX IWETTAQ DIN IL-​PROFEZIJA?

11. F’liema sens is-​serp weġġaʼ lid-​dixxendent tal-​mara “f’għarqubu”?

11 Skont il-​profezija taʼ Ġenesi 3:15, is-​serp kellu jweġġaʼ lid-​dixxendent tal-​mara “f’għarqubu.” Dan twettaq meta Satana uża lil-​Lhud u lir-​Rumani biex joqtlu l-​Iben t’Alla. (Lq. 23:13, 20-​24) Bħal meta persuna li tweġġaʼ għarqubha ma tkunx tistaʼ timxi għal xi żmien, bl-​istess mod, meta Ġesù ngħata l-​mewt u għamel tlett ijiem fil-​qabar, ma setaʼ jagħmel xejn.—Mt. 16:21.

12. Ras is-​serp kif u meta se tiġi mgħaffġa?

12 Il-​profezija taʼ Ġenesi 3:15 turi li Ġesù ma kienx se jibqaʼ fil-​qabar. Għala? Għax il-​profezija turi li bħala d-​dixxendent tal-​mara se jgħaffeġ ras is-​serp. Imma biex jiġri dan, Ġesù kellu jiġi rxoxtat. U hekk ġara! Wara tlett ijiem li kien ilu mejjet, Ġesù ġie rxoxtat għall-​ħajja fis-​sema li ma tispiċċa qatt. Meta jgħid Alla, Ġesù se jeqred għalkollox lil Satana. (Ebr. 2:14) Kristu u dawk li se jmexxu miegħu se jeqirdu lill-​għedewwa t’Alla, id-​dixxendenti tas-​serp.—Riv. 17:14; 20:4, 10.d

Ġrajjiet Importanti mill-​Profezija taʼ Ġenesi 3:15

Ċart li turi ġrajjiet li jissemmew fil-​profezija taʼ Ġenesi 3:15. A. 1943 QK: Abraham iħares lejn is-​sema. B. 29 WK: Ġesù ntgħażel bħala l-​midluk taʼ Ġeħova permezz tal-​ispirtu qaddis wara li għammdu Ġwanni. Ċ. Il-​Qbiż 33 WK: Ġesù fuq iz-​zokk tat-​tortura. D. Pentekoste 33 WK: “Ilsna qishom tan-​nar” qed jidhru fuq ras id-​dixxipli taʼ Kristu. E. Madwar is-​sena 1914 WK: Ġesù jkeċċi lil Satana u d-​demonji tiegħu mis-​sema. F. Meta jispiċċaw l-​Elf Sena: Satana u d-​demonji tiegħu mitfugħin fl-​għadira tan-​nar.
  1. A. 1943 QK

    Alla beda jwettaq il-​wegħda li wieħed mid-​dixxendenti taʼ Abraham kien se jkun id-​dixxendent imwiegħed. (Ġen. 12:1-​3; 22:15-​18)

  2. B. 29 WK

    Ġeħova għażel lil Ġesù bħala l-​midluk tiegħu u b’hekk sar l-​iktar wieħed importanti mid-​dixxendenti tal-​mara. (Mt. 3:16; Gal. 3:16)

  3. Ċ. IL-​QBIŻ TAS-​SENA 33 WK

    Satana weġġaʼ lil Ġesù f’għarqubu, jiġifieri ngħata l-​mewt, imma ġie rxoxtat wara tlett ijiem. (Mt. 16:21; 26:1, 2)

  4. D. PENTEKOSTE TAS-​SENA 33 WK

    Oħrajn li jagħmlu parti mid-​dixxendenti tal-​mara bdew jintgħażlu bħala midlukin permezz tal-​ispirtu qaddis. (Atti 2:1-​4; Gal. 3:29)

  5. E. MADWAR IS-​SENA 1914

    Satana tkeċċa mis-​sema u qed jippersegwita iktar lid-​dixxendenti tal-​mara. (Riv. 12:9, 12, 17)

  6. F. META JISPIĊĊAW L-​ELF SENA

    Satana se jiġi meqrud għal dejjem. (Riv. 20:7, 10)

DIN IL-​PROFEZIJA KIF TGĦINNA LLUM?

13. It-​twettiq taʼ din il-​profezija kif qed jgħinna?

13 Jekk int qaddej taʼ Ġeħova, it-​twettiq taʼ din il-​profezija qed jgħinek. Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu tkellem u aġixxa eżatt bħal Missieru. (Ġw. 14:9) Għalhekk, billi tgħallimna dwar Ġesù, aħna sirna nafu u nħobbu lil Alla Ġeħova. Aħna nibbenefikaw ukoll mit-​tagħlim u l-​gwida taʼ Ġesù hekk kif imexxi l-​kongregazzjoni Kristjana llum. Hu jgħallimna kif għandna ngħixu biex nogħġbu lil Ġeħova. Barra minn hekk, aħna nibbenefikaw mill-​mewt taʼ Ġesù meta s-​serp weġġgħu f’għarqubu. Kif? Wara li Ġesù miet u Ġeħova rxoxtah, Ġeħova aċċetta s-​sagrifiċċju perfett taʼ Ibnu li ‘naddafna minn kull dnub.’—1 Ġw. 1:7.

14. Kif nafu li l-​profezija li qal Ġeħova fil-​ġnien tal-​Għeden ma kinitx se titwettaq f’dak iż-​żmien?

14 Dak li qal Ġeħova fil-​ġnien tal-​Għeden juri li ma kienx se jitwettaq f’dak iż-​żmien. Kellu jgħaddi ż-​żmien biex il-​mara jkollha d-​dixxendenti li wiegħed Ġeħova, biex ix-​Xitan jiġbor lil dawk li jappoġġawh, u biex tikber il-​mibegħda bejn iż-​żewġ gruppi. Li nifhmu din il-​profezija hu importanti għax se nkunu nafu għala d-​dinja taʼ Satana tobgħod lill-​qaddejja taʼ Ġeħova. Iktar tard, Ġesù ta lid-​dixxipli tiegħu twissija simili. (Mk. 13:13; Ġw. 17:14) Bla dubju aħna rajna din il-​parti tal-​profezija titwettaq, speċjalment matul dawn l-​aħħar 100 sena. Kif?

15. (a) Illum għala dawk li jappoġġaw lil Satana jobogħdu lid-​dixxendenti tal-​mara iktar minn qatt qabel? (b) Għala m’għandniex għalfejn nibżgħu minn Satana?

15 Ftit wara li Ġesù sar Sultan fl-​1914, Satana tkeċċa mis-​sema u twaddab għal fuq l-​art. Satana jaf li dalwaqt se jinqered. (Riv. 12:9, 12) Imma sa ma jasal dak il-​waqt, hu qed isib x’jagħmel. Satana hu rrabjat u qed jiżvoga r-​rabja tiegħu billi jattakka l-​poplu t’Alla. (Riv. 12:13, 17) Huwa għalhekk li n-​nies li jappoġġaw lilu jobogħduna iktar minn qatt qabel. Però, m’għandniex għalfejn nibżgħu minn Satana u n-​nies tiegħu. Minflok, nistgħu nkunu konvinti bħalma kien l-​appostlu Pawlu li kiteb: “Jekk Alla hu favur tagħna, min se jkun kontra tagħna?” (Rum. 8:31) Aħna għandna fidi soda f’Ġeħova għax bħalma rajna, il-​biċċa l-​kbira tal-​profezija li nsibu f’​Ġenesi 3:15 diġà twettqet.

16-18. Il-​fatt li Curtis, Ursula, u Jessica fehmu l-​profezija taʼ Ġenesi 3:15 kif għenhom?

16 Il-​wegħda taʼ Ġeħova li nsibu f’​Ġenesi 3:15 tistaʼ tgħinna nkampaw maʼ kull prova li niffaċċjaw. Curtis li jaqdi bħala missjunarju fi Guam jgħid: “Fil-​ħajja tiegħi ġrawli affarijiet li għamluhieli diffiċli biex nibqaʼ leali lejn Ġeħova. Imma billi nimmedita fuq il-​profezija taʼ Ġenesi 3:15 għenni biex nibqaʼ nafda f’Missieri tas-​sema.” Curtis iħares ʼil quddiem għal dik il-​ġurnata meta Ġeħova se jtemm il-​provi kollha tagħna.

17 Oħt mill-​Ġermanja jisimha Ursula tgħid li meta fehmet Ġenesi 3:15, għenha biex tkun ċerta li l-​Bibbja hi ispirata minn Alla. Hi rat kif il-​profeziji kollha tal-​Bibbja għandhom x’jaqsmu maʼ din il-​profezija u dan impressjonaha. Hi tgħid ukoll: “Meta tgħallimt li Ġeħova għamel xi ħaġa mill-​ewwel biex jagħtina tama, sirt inħobbu iktar.”

18 Jessica, mill-​Mikroneżja, tgħid: “Għadni niftakar kif ħassejtni meta ndunajt li sibt il-​verità! Il-​profezija ta’ Ġenesi 3:15 kienet qed titwettaq. Din tgħinni niftakar li t-​tbatija li qed ngħaddu minnha llum ma kinitx fl-​iskop taʼ Ġeħova. Ukoll, din il-​profezija kompliet tikkonvinċini li meta naqdi lil Ġeħova se ngawdi l-​aqwa ħajja issa u ħajja aħjar fil-​futur.”

19. Għala nistgħu nkunu ċerti li l-​aħħar parti taʼ din il-​profezija se titwettaq?

19 Kif rajna, il-​profezija taʼ Ġenesi 3:15 qiegħda titwettaq. Rajna min huma d-​dixxendenti tal-​mara u d-​dixxendenti tas-​serp. Imbagħad rajna li Ġesù hu l-​iktar dixxendent importanti tal-​mara. L-​uġigħ li kkaġunalu s-​serp f’għarqubu għaddielu u issa sar Sultan b’saħħtu li ma jmut qatt. Issa Ġeħova kważi għażel lil dawk kollha li ser imexxu maʼ Ibnu fis-​sema. Minħabba li l-​ewwel parti tal-​profezija twettqet għandna raġun inkunu ċerti li l-​aħħar parti, meta s-​serp se jiġi meqrud għalkollox, se titwettaq ukoll. Il-​qaddejja t’Alla se jkunu ferħanin ħafna meta Satana jiġi meqrud! Imma sa ma tasal dik il-​ġurnata, taqtax qalbek! Ġeħova hu taʼ min jafdah. Permezz tad-​dixxendenti tal-​mara, hu se jagħmel ħafna affarijiet tajbin għan-​nies kollha taʼ l-​art.—Ġen. 22:18.

TISTAʼ TISPJEGA L-​PROFEZIJA LI NSIBU F’​ĠENESI 3:15?

  • Min hu “s-​serp” u d-​dixxendenti tiegħu, u min hi “l-​mara” u d-​dixxendenti tagħha?

  • Xi twettaq s’issa minn din il-​profezija?

  • It-​twettiq taʼ din il-​profezija kif jgħinek personalment?

GĦANJA 23 Ġeħova jibda jsaltan

a Ma nistgħux nifhmu sew il-​Bibbja jekk ma nifhmux il-​profezija taʼ Ġenesi 3:15. Li nistudjaw din il-​profezija jgħinna nsaħħu l-​fidi tagħna f’Ġeħova u nkunu iktar konvinti li Ġeħova se jwettaq il-​wegħdi kollha tiegħu.

b Ara l-​Ħames Punt, “Il-​messaġġ tal-​Bibbja,” mill-​ktejjeb Gwida għall-​istudju tal-​Kelma t’Alla.

c Ara l-​kaxxa “Dawk li Jissemmew f’​Ġenesi 3:14, 15.”

d Ara l-​kaxxa “Ġrajjiet Importanti mill-​Profezija taʼ Ġenesi 3:15.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja