FRAŻI MILL-BIBBJA
“Jaħfer id-Dnubiet li Saru fil-Passat”
Id-dnubiet tagħna jistgħu jinħafru minħabba s-sagrifiċċju tal-mewt taʼ Ġesù. (Efes. 1:7) Imma l-Bibbja tgħid: “Alla . . . juri paċenzja billi jaħfer id-dnubiet li saru fil-passat,” jiġifieri qabel is-sagrifiċċju taʼ Ġesù. (Rum. 3:25) Ġeħova kif jistaʼ jagħmel dan u fl-istess ħin ikun ġust?
Ġeħova wiegħed li kien se jkun hemm “dixxendent” li se jsalva lin-nies li jkollhom fidi fih u fil-wegħdi tiegħu. Meta għamel din il-wegħda, kien qisu l-fidwa kienet diġà saret. (Ġen. 3:15; 22:18) Alla kien ċert li meta jgħid hu, Ibnu kien se jagħti ħajtu bħala sagrifiċċju. (Gal. 4:4; Ebr. 10:7-10) Meta Ġesù kien fuq l-art, Alla tah il-qawwa li jaħfer id-dnubiet qabel ma Ġesù miet bħala fidwa. Dan kien possibbli għax kien jaf li s-sagrifiċċju li kien se jagħmel kien se jaħfer id-dnubiet tan-nies leali.—Mt. 9:2-6.