LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 11/1 pp. 13-14
  • Il-Fidwa Teżalta l-Ġustizzja t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Fidwa Teżalta l-Ġustizzja t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Ġeħova jipprovdi “fidwa għall-kotra”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Rahan li Jikkorrispondi Għal Kulħadd
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 11/1 pp. 13-14

Il-​Fidwa Teżalta l-​Ġustizzja t’Alla

WARA l-​irvell taʼ Adam u Eva, Ġeħova ddikjara l-​iskop tiegħu li jqajjem Nisel li kellu jinsaħaq f’għarqubu. (Ġenesi 3:15) Dan twettaq meta l-​għedewwa t’Alla qatlu lil Ġesù Kristu fuq zokk tat-​tortura. (Galatin 3:​13, 16) Ġesù kien bla dnub. Hu kien ġie mnissel fil-​ġuf taʼ verġni b’miraklu, permezz tal-​qawwa taʼ l-​ispirtu qaddis. Għalhekk, id-​demm imxerred tiegħu setaʼ jintuża bħala l-​prezz tal-​fidwa biex jeħles lill-​bnedmin, li wirtu d-​dnub u l-​mewt mingħand Adam.—Rumani 5:​12, 19.

Xejn ma jistaʼ jwaqqaf lill-​Alla li jistaʼ kollox, Ġeħova, milli jwettaq l-​iskop tiegħu. Għaldaqstant, wara li l-​bniedem waqaʼ fid-​dnub, il-​prezz tal-​fidwa kien daqslikieku diġà tħallas mill-​ħarsa taʼ Ġeħova. B’hekk, Hu setaʼ jkollu kuntatt maʼ dawk li eżerċitaw il-​fidi fit-​twettiq tal-​wegħdi tiegħu. Id-​dixxendenti midinbin taʼ Adam, bħal Ħenok, Noè, u Abraham, setgħu jimxu m’Alla u saħansitra jkunu ħbiebu mingħajr ma tittebbaʼ l-​qdusija Tiegħu.—Ġenesi 5:24; 6:9; Ġakbu 2:23.

Xi individwi li kellhom fidi f’Ġeħova għamlu dnubiet serji. Is-​Sultan David kien eżempju wieħed. Għandek mnejn tistaqsi, ‘Ġeħova kif setaʼ jkompli jbierek lis-​Sultan David wara li dan għamel adulterju maʼ Batseba u mbagħad ikkaġuna l-​qtil taʼ żewġha, Urija?’ L-​indiema ġenwina u l-​fidi taʼ David kienu fattur importanti f’dan. (2 Samwel 11:​1-17; 12:​1-14) Fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju li kien għadu se jagħmel Ġesù Kristu, Alla setaʼ jaħfer id-​dnubiet taʼ David, li nidem, u xorta jżomm il-​ġustizzja u s-​sewwa Tiegħu. (Salm 32:2 [32:​1, 2, NW]) Il-​Bibbja turi kemm dan huwa minnu meta tispjega x’kienet l-​iktar ħaġa meraviljuża li wettqet il-​fidwa taʼ Ġesù, jiġifieri, li “juri l-​ġustizzja [t’Alla], għax kien qed jaħfer id-​dnubiet li seħħew fil-​passat” u “f’dan iż-​żmien.”—Rumani 3:​25, 26.

Iva, il-​bnedmin jibbenefikaw bil-​kbir minħabba l-​valur tad-​demm taʼ Ġesù. Fuq il-​bażi tal-​fidwa, il-​bnedmin midinbin li jindmu jistgħu jgawdu relazzjoni intima m’Alla. Iktar minn hekk, il-​fidwa tiftaħ it-​triq għall-​irxoxt tal-​mejtin fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. Dan se jinkludi lill-​qaddejja leali t’Alla li mietu qabel ma Ġesù ħallas il-​fidwa kif ukoll lil ħafna minn dawk li mietu fl-​injoranza u ma kinux iqimuh. Il-​Bibbja tgħid: “Se jkun hemm irxoxt kemm tan-​nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.” (Atti 24:15) Dak iż-​żmien, fuq il-​bażi tal-​fidwa, Ġeħova se jagħti ħajja taʼ dejjem lill-​bnedmin ubbidjenti kollha. (Ġwanni 3:36) Ġesù nnifsu spjega: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:16) L-​umanità se tikseb dawn il-​benefiċċji kollha minħabba l-​provvediment t’Alla tas-​sagrifiċċju b’fidwa.

Madankollu, dak li jispikka fil-​fidwa m’huwiex il-​benefiċċji li nirċievu minnha aħna. Huwa iktar importanti dak li l-​fidwa taʼ Kristu tagħmel għal isem Ġeħova. Din turi li Ġeħova hu Alla taʼ ġustizzja perfetta li jistaʼ jaġixxi f’konnessjoni mal-​bnedmin midinbin u xorta jibqaʼ pur u qaddis. Kieku Alla ma kellux l-​iskop li jipprovdi l-​fidwa, l-​ebda dixxendent taʼ Adam, lanqas saħansitra Ħenok, Noè, u Abraham, ma kienu jkunu jistgħu jimxu maʼ Ġeħova jew ikunu l-​ħbieb tiegħu. Is-​salmista rrealizza dan u kiteb: “Jekk tal-​ħtijiet int tagħti kas, Mulej, Sidi, min jistaʼ jżomm sħiħ?” (Salm 130:3) Kemm għandna nkunu grati lejn Ġeħova talli bagħat lil Ibnu l-​maħbub fuq l-​art kif ukoll lejn Ġesù talli kien lest li jagħti ħajtu bħala fidwa għalina!—Marku 10:45.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja