LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp25 Nru. 1 pp. 6-8
  • In-Nies Jistgħu Jwaqqfu l-Gwerer?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • In-Nies Jistgħu Jwaqqfu l-Gwerer?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-GVERNIJIET JIPPROVAW JIRRANĠAW L-EKONOMIJA
  • IL-GVERNIJIET JIPPROVAW JAGĦMLU PAĊI PERMEZZ TAʼ FTEHIM
  • IL-GVERNIJIET JIPPROVAW INEĦĦU JEW INAQQSU L-ARMI LI GĦANDHOM
  • Il-GVERNIJIET JINGĦAQDU FLIMKIEN BIEX MA JKUNX HAWN GWERER
  • Id-Diplomazija Se Ġġib Paċi Dinjija?
    Stenbaħ!—2004
  • X’Inhu L-​Futur Tal-​Gwerer?
    Stenbaħ!—1999
  • In-Nies Għala Ma Jistgħux Jgħixu Flimkien fil-Paċi?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Paċi Vera—Minn Liema Sors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
wp25 Nru. 1 pp. 6-8

In-Nies Jistgħu Jwaqqfu l-Gwerer?

In-nies jiġġieldu għal ħafna raġunijiet differenti. Xi nies jiġġieldu minħabba l-politika, l-ekonomija, jew biex ikunu ttrattati b’mod ġust. Oħrajn jiġġieldu biex jakkwistaw artijiet oħra jew riżorsi naturali. Ħafna gwerer jinqalgħu minħabba l-kultura jew xi differenzi fir-reliġjon. In-nies x’qed jagħmlu biex ma jkunx hawn ġlied u jkun hawn il-paċi? In-nies se jirnexxilhom iwaqqfu l-gwerer darba għal dejjem?

Ritratt maqtugħ li qed juri sit taʼ kostruzzjoni u ħaddiema qed jitkellmu dwar il-proġett.

Drazen_/E+ via Getty Images

IL-GVERNIJIET JIPPROVAW JIRRANĠAW L-EKONOMIJA

Il-mira tal-gvernijiet: Itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Dan jistaʼ jgħin biex kulħadd jgħix ħajja tal-istess livell u mhux min ikun sinjur u min ikun fqir. Din hi waħda mir-raġunijiet prinċipali għala jinqalgħu l-gwerer.

Għala hu diffiċli: Il-gvernijiet ikollhom ibiddlu l-mod taʼ kif jonfqu l-flus. Fl-2022 intefqu kważi 33.4 biljun ewro fuq affarijiet biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies f’ħafna aspetti. Però, dan hu ammont żgħir ħafna meta jitqabbel mal-ammont li nefqu għall-armamenti tal-gwerra.

“Nonfqu ħafna iktar flus u nużaw iktar ħin biex ngħinu lil dawk li ġew affettwati mill-gwerer, milli biex nipprovaw inwaqqfuhom u nġibu l-paċi.”—António Guterres, segretarju ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

Dak li tgħid il-Bibbja: Il-gvernijiet tad-dinja u għaqdiet oħrajn jistgħu jgħinu lill-foqra, imma qatt mhu se jirnexxilhom ineħħu l-faqar għalkollox.—Dewteronomju 15:11; Mattew 26:11.

Ritratt maqtugħ li qed juri żewġ idejn jieħdu b’id xulxin għax għamlu ftehim.

IL-GVERNIJIET JIPPROVAW JAGĦMLU PAĊI PERMEZZ TAʼ FTEHIM

Il-mira tal-gvernijiet: Jaħdmu għall-paċi billi jevitaw jew jirranġaw nuqqas taʼ qbil. Jitkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni u jaqblu li jagħmlu affarijiet li jkun jaqbel għaż-żewġ naħat.

Għala hu diffiċli: Jaf ikun hemm pajjiż wieħed jew iktar li ma jkunux lesti jinnegozjaw, jaqblu, jew jiftiehmu. U meta jaqblu li jżommu l-paċi, ħafna drabi ma jżommux il-wegħda li jkunu għamlu.

“Il-ftehim li jagħmlu żewġ pajjiżi jistaʼ tant ikun inġust li jwassal għal iktar ġlied.”—Raymond F. Smith, American Diplomacy.

Dak li tgħid il-Bibbja: In-nies għandhom ‘ifittxu l-paċi.’ (Salm 34:14) Imma ħafna nies illum “mhux leali, . . . mhux lesti li jiftiehmu, . . . tradituri.” (2 Timotju 3:​1-4) Dawn l-affarijiet jagħmluha diffiċli għall-mexxejja politiċi biex isolvu nuqqas taʼ ftehim.

Ritratt maqtugħ li qed juri rivolver imkisser.

IL-GVERNIJIET JIPPROVAW INEĦĦU JEW INAQQSU L-ARMI LI GĦANDHOM

Il-mira tal-gvernijiet: Inaqqsu jew ineħħu l-armi, speċjalment armi nukleari, kimiċi, u bijoloġiċi.

Għala hu diffiċli: Ħafna drabi l-pajjiżi ma jkunux lesti li jneħħu l-armi għax jibżgħu li se jitilfu l-qawwa tagħhom u ma jkunux jistgħu jiddefendu lilhom infushom. Anki jekk il-pajjiżi jeqirdu l-armi kollha, ma jistgħux ineħħu l-problemi li jġiegħlu n-nies jiġġieldu.

“Ħafna mill-gvernijiet li wiegħdu li ħa jneħħu l-armi wara l-1991, ma żammewx il-wegħda tagħhom. Pereżempju, m’għamlu xejn biex inaqqsu l-perikli, inaqqsu t-tensjoni madwar id-dinja, u jaħdmu biex id-dinja tkun post iktar safe.”—“Securing Our Common Future: An Agenda for Disarmament.”

Dak li tgħid il-Bibbja: In-nies se jneħħu l-armi u “jbiddlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet.” (Isaija 2:4) Imma n-nies iridu jagħmlu iktar minn hekk biex jieqfu l-gwerer għax il-vjolenza tibda minn dak li jkollu f’qalbu l-bniedem.—Mattew 15:19.

Ritratt maqtugħ li fih hemm grupp taʼ mexxejja mdawrin maʼ mejda. Huma kollha qed jiffirmaw l-istess dokument.

Il-GVERNIJIET JINGĦAQDU FLIMKIEN BIEX MA JKUNX HAWN GWERER

Il-mira tal-gvernijiet: Il-gvernijiet jaqblu biex jgħinu u jiddefendu lil xulxin mill-għedewwa tagħhom. Huma jaħsbu li gvern ieħor mhux se jkun irid jaqlaʼ gwerra kontrihom għax jekk jagħmel hekk ikollu jiġġieled kontra ħafna pajjiżi.

Għala hu diffiċli: Il-biżaʼ li ħafna pajjiżi jiġġieldu kontra xulxin mhix garanzija li se jkun hemm il-paċi. Il-pajjiżi mhux dejjem jagħmlu dak li jwiegħdu, u lanqas jaqblu kif u meta għandhom jaġixxu kontra l-għedewwa tagħhom.

“Għalkemm il-Lega tan-Nazzjonijiet u l-Ġnus Magħquda ħadmu iebes biex jgħinu l-gvernijiet jingħaqdu flimkien, din il-ħbiberija xorta ma għenitx biex ma jkunx hawn gwerer.”—“Encyclopedia Britannica.”

Dak li tgħid il-Bibbja: Spiss ikun aħjar li ħafna nies jaħdmu flimkien. (Ekkleżjasti 4:12) Imma l-gvernijiet u organizzazzjonijiet oħra ma jistgħux iġibu paċi u sigurtà għal dejjem. “La tittamawx fil-kbarat, għax il-bniedem ma jsalvakomx. Malli toħroġ ruħu, lejn l-art jerġaʼ jmur; jintemmu dakinhar ħsibijietu.”—Salm 146:​3, 4, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Avolja ħafna pajjiżi jaħdmu iebes biex ikun hawn il-paċi, xorta għad hawn il-gwerer.

Hawn iktar paċi fid-dinja llum?

Xi nies jgħidu li llum fid-dinja hawn iktar paċi. Huma jgħidu li l-gwerer qed idumu inqas u jmutu inqas nies meta tqabbel il-gwerer tal-passat maʼ tal-lum. Però, xi nies ma jaqblux u jgħidu li trid iżżomm f’moħħok ħafna affarijiet oħra mhux biss id-differenza fin-numru taʼ nies li jmutu fil-gwerer.

Jgħidu x’jgħidu n-nies, il-verità hi li ħafna nies fid-dinja huma affettwati mill-gwerer u kulħadd hu affettwat b’mod indirett.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja