LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 72
  • Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Kunu Qarrejja Henjin tal-Ktieb t’Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • “Bxajjar taʼ Ferħ” mill-Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ħelsien fir-Rivelazzjoni taʼ Ġesù Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ġenna tal-Art mill-Ġdid!
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 72
Raġel li qed jaqra l-ktieb tar-Rivelazzjoni jġib quddiem għajnejh bhima salvaġġa u r-rikkieba taż-żwiemel tal-Apokalissi

Il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni—Xi jfisser?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

L-​isem Grieg tal-​ktieb Bibliku tar-​Rivelazzjoni, Apokalipsis (apokalissi), ifisser “Kxif” jew “Ħaġa Mgħarrfa.” Dan l-​isem jagħti x’jifhem x’inhi t-​tifsira tar-​Rivelazzjoni—dan il-​ktieb jikxef affarijiet li kienu moħbijin u jagħmel magħruf ġrajjiet li kienu se jiġru ħafna żmien wara li nkiteb. Ħafna mill-​profeziji tiegħu għad iridu jitwettqu.

Ħarsa fuq fuq tal-​ktieb tar-​Rivelazzjoni

  • Introduzzjoni.​—Rivelazzjoni 1:​1-​9.

  • Messaġġi mingħand Ġesù lis-​sebaʼ kongregazzjonijiet.​—Rivelazzjoni 1:10–​3:​22.

  • Viżjoni t’Alla fuq it-​tron tiegħu fis-​sema.​—Rivelazzjoni 4:1-​11.

  • Serje taʼ viżjonijiet, kull waħda twassal għal taʼ warajha:

    • Sebaʼ siġilli.​—Rivelazzjoni 5:1–​8:6.

    • Sebaʼ trumbetti, l-​aħħar tlieta jintroduċu tliet gwajijiet.​—Rivelazzjoni 8:7–​14:20.

    • Sebaʼ bwieqi, kull bieqja fiha kastig li jirrappreżenta ġudizzju mingħand Alla li se jiġi mferraʼ fuq l-​art.​—Rivelazzjoni 15:1–​16:21.

    • Viżjonijiet tal-​qerda tal-​għedewwa t’Alla.​—Rivelazzjoni 17:1–​20:10.

    • Viżjonijiet taʼ barkiet t’Alla għas-​sema u l-​art.​—Rivelazzjoni 20:11–​22:5.

  • Konklużjoni.​—Rivelazzjoni 22:​6-​21.

Affarijiet li jgħinuna nifhmu l-​ktieb tar-​Rivelazzjoni

  1. Il-​messaġġ tiegħu hu pożittiv u mhux tal-​biżaʼ jew tat-​twerwir għal dawk li jaqdu lil Alla. Filwaqt li ħafna jassoċjaw il-​kelma “apokalissi” maʼ xi diżastru kbir, il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jibda u jispiċċa billi jgħid li dawk li jaqraw, jifhmu, u japplikaw il-​messaġġ tiegħu se jkun henjin talli jagħmlu dan.​—Rivelazzjoni 1:3; 22:7.

  2. Il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni juża ħafna “sinjali,” jew simboli, li m’għandhomx jittieħdu letterali.​—Rivelazzjoni 1:1.

  3. Ħafna karattri u simboli ewlenin fil-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jissemmew qabel fil-​Bibbja:

    • Ġeħova​—“l-​Alla l-​veru fis-​smewwiet” u l-​Ħallieq taʼ kollox.​—Dewteronomju 4:​39; Salm 103:19; Rivelazzjoni 4:​11; 15:3.

    • Ġesù Kristu​—“il-​Ħaruf t’Alla.”​—Ġwanni 1:​29; Rivelazzjoni 5:6; 14:1.

    • Satana x-​Xitan​—l-​għadu t’Alla.​—Ġenesi 3:​14, 15; Ġwanni 8:​44; Rivelazzjoni 12:9.

    • Babilonja l-​Kbira​—bħal Babilonja tal-​qedem (Babel), għadu t’Alla Ġeħova u tan-​nies tiegħu u sors tal-​gideb reliġjuż.​—Ġenesi 11:​2-​9; Isaija 13:​1, 11; Rivelazzjoni 17:​4-​6; 18:​4, 20.

    • “Il-​baħar”​—il-​bnedmin mill-​agħar li jopponu lil Alla.​—Isaija 57:20; Rivelazzjoni 13:1; 21:1.

    • Affarijiet li jitqabblu mat-​tabernaklu tal-​qedem li ntuża fil-​qima t’Alla​—inkluż l-​arka tal-​patt, il-​baħar tal-​ħġieġ (vaska biex jinħaslu), il-​gandlieri, l-​offerti tal-​inċens, u artal għal sagrifiċċju.​—Eżodu 25:10, 17, 18; 40:24-​32; Rivelazzjoni 4:​5, 6; 5:8; 8:3; 11:19.

    • Bhejjem salvaġġi​—jagħtu stampa taʼ gvernijiet umani.​—Danjel 7:​1-​8, 17-​26; Rivelazzjoni 13:​2, 11; 17:3.

    • Numri li jintużaw b’mod simboliku.​—Rivelazzjoni 1:​20; 8:​13; 13:18; 21:16.

  4. Il-​viżjonijiet japplikaw għal “jum il-​Mulej,” li beda meta twaqqfet is-​Saltna t’Alla fl-​1914 u meta Ġesù beda jaħkem bħala Sultan. (Rivelazzjoni 1:​10) Għalhekk, nistgħu nistennew li t-​twettiq ewlieni tar-​Rivelazzjoni se jkun fi żmienna.

  5. Sabiex nifhmu l-​ktieb tar-​Rivelazzjoni, għandna bżonn l-​istess affarijiet li jgħinuna nifhmu l-​kumplament tal-​Bibbja, inkluż l-​għerf mingħand Alla u l-​għajnuna taʼ dawk li diġà jifhmu s-​suġġett.​—Atti 8:​26-​39; Ġakbu 1:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja