LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 91
  • Għala hawn daqstant għaqdiet Kristjani?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala hawn daqstant għaqdiet Kristjani?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Min Huma l-Kristjani Veri?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Għandek Teżaminahom Reliġjonijiet Oħrajn?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Reliġjon Kristjana Waħda Vera—Realtà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 91
Knejjes taʼ diversi reliġjonijiet Kristjani

Għala hawn daqstant għaqdiet Kristjani?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

In-​nies użaw it-​tagħlim taʼ Ġesù Kristu biex jifformaw diversi għaqdiet “Kristjani.” Madankollu, il-​Bibbja tindika li hemm Kristjanità waħda biss li hi vera. Ikkunsidra tliet raġunijiet għala wasalna għal din il-​konklużjoni.

  1. Ġesù qal li hu għallem “il-​verità,” u l-​Kristjani tal-​bidu kienu jirreferu għar-​reliġjon tagħhom bħala “l-​verità.” (Ġwanni 8:32; 2 Pietru 2:2; 2 Ġwanni 4; 3 Ġwanni 3) Dawn l-​espressjonijiet juru li dawk li jgħallmu affarijiet li jmorru kontra t-​tagħlim taʼ Ġesù mhumiex qed jipprattikaw il-​Kristjanità vera.

  2. Il-​Bibbja tgħallem li l-​Kristjani għandhom ‘ilkoll jitkellmu fi qbil.’ (1 Korintin 1:10) Però, ħafna għaqdiet Kristjani lanqas biss jaqblu fuq it-​tagħlim bażiku bħal xi jfisser li tkun Kristjan. Ma jistax ikun li dawn l-​għaqdiet kollha huma tajbin.—1 Pietru 2:21.

  3. Ġesù pprofetizza li kien se jkun hemm ħafna nies li jsostnu li huma Kristjani imma li ma jobdux il-​kmandi tiegħu. Lil dawn hu kien se jiċħadhom. (Mattew 7:21-​23; Luqa 6:46) Xi nies kienu se jiġu mqarrqin minn mexxejja reliġjużi li jgħawġu l-​qima vera biex imexxu ’l quddiem l-​interessi tagħhom stess. (Mattew 7:15) Però, hemm nies oħrajn li jippreferu l-​hekk imsejħa Kristjanità li tgħidilhom dak li jridu jisimgħu minflok il-​verità mill-​Bibbja.—2 Timotju 4:3, 4.

Fit-​tixbiha tiegħu tal-​qamħ u s-​sikrana, Ġesù bassar li kien se jkun hemm ribelljoni (apostasija) kbira kontra l-​Kristjanità vera. (Mattew 13:24-​30, 36-​43) Għal ħafna żmien, il-​Kristjani veri u l-​Kristjani foloz ma kinux se jintgħarfu. Bħalma kien bassar Ġesù, l-​apostasija nfirxet ħafna wara li mietu l-​appostli. (Atti 20:29, 30) Filwaqt li t-​tagħlim tal-​apostati jistaʼ jkun xi ftit differenti, id-​diversi għaqdiet hekk imsejħin Kristjani lkoll “tbiegħdu mill-​verità.”—2 Timotju 2:18.

Ġesù bassar ukoll li d-​differenza bejn il-​Kristjani veri u l-​Kristjani foloz eventwalment kienet se tidher b’mod ċar. Dan ġara fi żmienna, matul “il-​konklużjoni taʼ sistema.”—Mattew 13:30, 39.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja