LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 4/8 pp. 3-4
  • Tfal Fi Kriżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfal Fi Kriżi
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Suldati Tfal u Orfanatrofji
  • Esplojtazzjoni Sesswali Taʼ Tfal Problema Mad-​Dinja Kollha
    Stenbaħ!—1997
  • Id-​Diskriminazzjoni Kontra N-​Nisa
    Stenbaħ!—1998
  • Il-​Kriżi Tinsab Madwar Id-​dinja Kollha
    Stenbaħ!—1999
  • Għala Qed Tikber il-Problema?
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 4/8 pp. 3-4

Tfal Fi Kriżi

“Sakemm ma ninvestux fit-​tfal, il-​biċċa l-​kbira taʼ l-​iktar problemi fundamentali tal-​bniedem li ilhom għal żmien twil se jibqgħu problemi fundamentali għal żmien twil.”​—Fond tal-​Ġnus Magħquda għat-​Tfal.

TFAL madwar id-​dinja kollha jinsabu fi kriżi. Evidenza konvinċenti taʼ kemm hi kbira din it-​traġedja ġiet preżentata fil-​Kungress Dinji Kontra l-​Isfruttar Sesswali u Kummerċjali tat-​Tfal li nżamm fi Stokkolma, l-​Isvezja, fl-​1996 u li għalih attendew rappreżentanti minn 130 pajjiż. Per eżempju, ġie dokumentat li f’ħafna partijiet tad-​dinja hemm miljuni taʼ tfajliet, xi wħud saħansitra t’għaxar snin, li huma mġagħlin jaħdmu bħala prostituti.

Il-Melbourne University Law Review Awstraljana qalet li prostituzzjoni inforzata bħal din ġiet imsejħa “waħda mill-​agħar forom kontemporanji taʼ jasar.” Wara snin taʼ moħqrija fiżika, mentali, u emozzjonali, dawn it-​tfajliet jibqgħu jġorru l-​marka tagħhom għal għomorhom. Fil-​biċċa l-​kbira tal-​każi, it-​tfajliet joqogħdu għal din il-​brutalità sempliċement għaliex ikunu jridu jieklu biex jibqgħu ħajjin. L-​alternattiva l-​oħra hi li jmutu bil-​ġuħ. B’sogħba, ħafna minn dawn it-​tfal bla dar ġew imġagħlin jidħlu fil-​prostituzzjoni mill-​ġenituri tagħhom stess, li tant kienu foqra li bigħuhom għall-​flus.

Minbarra din it-​traġedja ovvja tat-​tfal hemm dik il-​kwistjoni taħraq tax-​xogħol mill-​minorenni. Fl-​Asja, fl-​Amerka t’Isfel u fi bnadi oħrajn, u f’xi komunitajiet taʼ l-​emigranti fl-​Istati Uniti, saħansitra tfal taʼ ħames snin huma mġagħlin jagħmlu dak li nistgħu nsejħulu “xogħol taʼ lsiera.” Huma jaħdmu qishom robots żgħar f’kundizzjonijiet li jkexkxu, li jħassrulhom il-​ġisem u l-​moħħ żgħar tagħhom. Il-​biċċa l-​kbira ma jkollhom ebda edukazzjoni, imħabba tal-​ġenituri, djar fejn iħossuhom fis-​sigurtà, ġugarelli, jew ġonna fejn jilagħbu. Ħafna minnhom jiġu sfruttati bla ebda ħniena mill-​ġenituri tagħhom.

Suldati Tfal u Orfanatrofji

Biex din it-​traġedja tkompli tiżdied, kien hawn żjieda fl-​użu taʼ suldati tfal fl-​eżerċti tal-​gwerilli. It-​tfal għandhom mnejn jinsterqu jew jinxtraw mis-​swieq taʼ l-​ilsiera u mbagħad jiġu brutalizzati b’mod sistematiku, xi drabi billi jġagħluhom jaraw xi qtil. Xi wħud saħansitra ġew ordnati joqtlu lill-​ġenituri tagħhom stess jew jieħdu d-​drogi sabiex ikabbru l-​istint tagħhom taʼ qattiela.

Dan li ġej huwa eżempju taʼ l-​effetti tal-​brainwashing li kien sar fuq eluf taʼ suldati tfal fl-​Afrika. Din il-​konversazzjoni li tkexkex seħħet bejn social worker u suldat tifel li mid-​dehra kien qed jipprova jippreserva l-​ftit innoċenza li kien għad baqagħlu:

“Int qtilt? ‘Le.’

Kellek xkubetta? ‘Iva.’

Immirajtha l-​ixkubetta? ‘Iva.’

Sparajt? ‘Iva.’

U x’ġara? ‘Sempliċement waqgħu maʼ l-​art.’”

Xi wħud minn dawn iż-​żgħażagħ huma ftit iktar minn tfal meta tqis li għandhom biss sitt snin jew iktar. Ġie rapportat li saħansitra sa mill-​1988, it-​tfal suldati kienu jgħoddu madwar 200,000 mad-​dinja kollha.

Jingħad li fis-​snin taʼ bejn l-​1988 u l-​1992, ġewwa orfanatrofju f’pajjiż Asjatiku, intgħażlu 550 tifel u tifla, il-​biċċa l-​kbira minnhom bniet, biex imutu bil-​ġuħ. Waħda tabiba tirrapporta: “Dawk l-​orfni ma kellhom ebda pilloli biex itaffulhom l-​uġigħ. Saħansitra waqt li kienu qed imutu, kienu jkunu marbutin mas-​sodda tagħhom.”

Xi ngħidu għall-​Ewropa? Pajjiż minnhom twaħħax meta nkixef grupp internazzjonali tal-​pornografija tat-​tfal, li kien jisraq it-​tfajliet għall-​isfruttament sesswali. Xi tfajliet sfortunati nqatlu jew tħallew imutu bil-​ġuħ.

Dawn ir-​rapporti ċertament jindikaw li ħafna pajjiżi għandhom problema serja bl-​abbuż u bl-​isfruttament tat-​tfal. Imma nkunu qed nesaġeraw jekk ngħidu li din hi problema madwar id-​dinja kollha? L-​artiklu li jmiss se jwieġeb din il-​mistoqsija.

[Stampa f’paġna 4]

Suldat tifel fil-​Liberja

[Sors]

John Gunston/Sipa Press

[Stampa f’paġna 4]

Ġewwa fabbrika tal-​briks fil-​Kolombja, it-​tfal iservu taʼ karretti umani

[Sors]

UN PHOTO 148000/Jean Pierre Laffont

[Sors tal-Istampa f’paġna 3]

Ritratt tal-​FAO /F. Botts

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja